Kampjonat Ewropew ghal Sewwieqa Professjonali

Wednesday, August 20, 2014, 16:31
Ftit tal-hin ilu gie fi tmiemu l-Kampjonat Ewropew Ghal-Sewwieqa Professjonali li sar fl-Isvezja fil-koros ta’ Solanget u Umaker.
Noel Baldacchino saq fi tmien tigrijiet izda sfortunatament il-kwalita taz-zwiemel li kellu ma kienux fost l-aqwa. Pero wiehed jinnota li Noel ghamel dak kollu li seta u rnexxielu jgib rizultati sodisfacenti. Ninsabu sodisfatti hafna bil-figura li qata b’sewqan ezemplari u ta’ unur ghal pajjizna.

Ta min wiehed jinnota li ipplejsja bit-8 t’izwiemel dejjem sat-tmien post u l-ahjar li mar kien darbtejn ir-raba’ bi zwiemel meqjusa fost l-outsiders.

B’kollox huwa gab total ta’ 47 punt daqs is-sewwieq Awstrijak Hubert Brandsatter J:r.

Il-Kampjonat intrebah mid-Daniz Knud Monster b’total ta’ 78 punt. Fit-tieni post spicca l-Franciz Tony Le Beller bi 72 punt filwaqt li l-Isvediz Bjorn Goop kellu jikkuntenta bit-tielet post b’69 punt.





Leave a comment