- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Kampjonat Dinji tas-Sewwieqa – World Driving Championship 2nd Leg

Posted By Sportinmalta On August 17, 2017 @ 11:00 am In Featured,Horse Racing | No Comments


Matul dan il-lejl fil-korsa ta’ Mohawk f’Campbelville Ontario l-Kanada saret it-2 tappa tal-Kampjonat Dinji ghas-Sewwieqa bis-Serkin fejn il-Malti Noel Baldacchino ha sehem f’4 tigrijiet li kienu tnejn tat-trott u tnejn tal-pejsa fuq distanza ta’ mil.

Kien jidher li l-polza taghtu zwiemel ahjar mill-ewwel tappa izda l-fortuna ma tantx ghenitu u rnexxielu jigbor biss 25 punt meta spicca r-4 fuq il-favorit fl-ewwel tigrija u fit-tigrijiet l-ohra ha il-5, is-6 u it-8 post.

Fil-klassifika generali ghandu 49 punt u baqa jokkupa id-9 post. Bit-3 rebhiet tal-llum fil-quccata insibu is-sewwieq Finlandiz Mika Forss.

L-azzjoni tkompli ghada dejjem Ontario pero fil-korsa ta’ Georgian Downs f’Innisfil.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/kampjonat-dinji-tas-sewwieqa-world-driving-championship-2nd-leg/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.