Kampanja Tesseramenti 2015/16 u Street Party kbir ghall-Finali tac-Champions League‏

Monday, June 1, 2015, 15:49

Il-Kumitat jixtieq iħabbar li l-Kampanja Tesseramenti għall-istaġun li jmiss hija miftuħa għalhekk inħeġġek biex iġġedded it-tesserament tiegħek minn issa. Tista’ tagħmel dan billi żżur l-Ufficju tal-Club kull nhar ta’ Tlieta jew Ħamis bejn is-6.30pm u t-8pm, mis-Showroom ta’ Fenech Arredamenti waqt il-ħinijiet normali tal-ftuh jew mil-kumdita’ ta’ darek permezz tas-sit http://juventusclubmalta.com/membership/subscribe-online/

Riesqin lejn it-tmiem ta’ staġun straordinarju. Għall-okkazjoni tal-Finali tac-Champions League, il-Club tagħna ħaseb biex jorganizza Street Party kbir quddiem il-Club b’DJs ewlenin fix-xena lokali. Id-dħul huwa b’xejn għall-membri tagħna in regola mal-ħlas tas-sħubija 2014/15 u 2015/16 filwaqt li għal min għadu mhux membru din tista’ tkun okkażjoni tajba biex jissieħeb għaliex il-€5 entratura tista’ tissarraf bħala parti mill-ħlas tat-tesserament għall-istaġun li jmiss. Fil-fatt min mhux membru se jingħata voucher li tintitolah għal skont fuq il-ħlas tas-sħubija mal-Club għall-istaġun li jmiss.

Għalhekk inti mistieden li tiġi u ġġib il-ħbieb tiegħek miegħek! Jekk jista’ jkun ġib it-tessera tas-sħubija miegħek ukoll sabiex inħaffu l-proċess tad-dħul.





Leave a comment