Kalkara FC jippreżentaw l-iskwadra għall-istaġun li ġej

Friday, September 23, 2016, 11:05

Gavin Muscat

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-grawnd tagħhom, il-klabb tat-Tielet Divizjoni, Kalkara FC, ippreżentaw l-iskwadra u l-akkwisti l-ġodda għal dan l-istaġun.

Il-president tal-klabb James Camilleri, li se jibda l-ħames stagun fit-tmexxija tal-klabb, beda d-diskors tiegħu billi rringrazja lil dawk preżenti u lill-isponsor ewlieni tal-klabb, Sandro Vella ta’ St Catherine Caterers li permezz tal-għajnuna tiegħu, l-iskwadra ġiet imsaħħa b’diversi players ta’ esperjenza u oħrajn stabbiliti flimkien ma’ player barrani ta’ 22 sena.

L-iskwadra se tkun immexxija mill-coach Trevor Thomas li fl-istaġun li għadda kien assistant coach ta’ Gudja Utd.

Filwaqt li l-klabb ikkonferma nukleu ta’ players tal-klabb bħal Mathhew Cassar, l-aħwa Jacob u Stefan Camilleri, Andrea Hammett, il-player veteran Victor Fiteni u l-goalkeeper Danny Scicluna, gew irregistrati diversi players ta’ esperjenza fosthom Simon Aquilina (ex St George’s), Julian Briffa (ex Zurrieq) u Terence Scerri (ex Senglea) flimkien ma’ players stabbiliti bħal Timothy Thomas (ex Marsa), Ryan Sell (ex Għargħur), Matthew Schembri (ex Gudja), Julian Spiteri (ex St Patrick), Reuben Vella (ex Għargħur) u Jonathan Xerri (ex Zebbug Rangers) kif ukoll Erin Azzopardi (ex Senglea), Tyrone Thomas (ex Senglea), Christopher Cuschieri (ex Senglea) u l-goalkeeper Mark Vella (ex San Gwann) u fl-aħħar nett lil player Nigerjan Benjamin Dalatu Ayuba (ex Marsa).

James Camilleri imbagħad għadda biex isemmi sponsorships oħra fosthom wieħed sostanzjali fejn għat-tlett snin li ġejjin ġie iffirmat kuntratt mall-kumpanija Taljana XPH Malta li huma rappreżentanti tal-cargo ta’ bosta linji tal-ajru fosthom Alitalia u Turkish Airlines.

Ġie imħabbar ukoll li l-klabb iffirma kuntratt ta’ tlett staġuni mal-kumpanija Europsort fejn din tal-aħħar offriet sponsorship tajjeb fuq diversi kits u oġġetti relatati.

Is-Sur Mohammed Busefi, imprenditur Libjan, reġa’ ġedded l-sponsorship dirett tiegħu għat-tmien sena.

Il-kumpanija MJK Transport sponsorjat il-uniform kits għal-kumitat, coaching staff u players li se jintlibsu qabel, waqt u wara l-partiti kompetittivi kif ukoll 2 settijiet ta’ training kits għal players.

Issemma wkoll li sponsorship ta’ 3 snin mall-kumpanija Re/Max Professionals fejn dan jinsab fit-tieni sena tiegħu.

Ġiet imnedija membership card ġdida u r-riżultat kien inkoraġġanti ħafna.

L-impenji ta’ Kalkara FC fit-Tielet Diviżjoni se jibdew nhar il-Ħadd 18 ta’ Settembru 2016 fis-Sirens Stadium bil-logħba kontra Dingli Swallows li tibda fis-7.15pm.

Kalkara FC presenting their new signings ahead of their new season





Leave a comment