Juventus Soccer School Malta tniehdi s-Summer Camp 2011

Monday, July 18, 2011, 16:00

Wara s-suċċess tal-ewwel staġun tal-Juventus Soccer School, Events Services il-kumpanija li hija responsabbli mill-Juvntus Soccer School Malta qed tniehdi għall-ewwel darba s-Summer Camp bejn id-d-19 ta’ Lulju u t-2 ta’ Settembru 2011 fil-grawnds ta’ Pembroke u ta’ Marsaxlokk rispettivamnet.

Id-Direttur Tekniku tal-Juventus Summer Camp Charles Borg qed jistieden subien u bniet li għandhom bejn is-6 u t-13 -il sena u li twieldu bejn l-1998 u l-2005 biex jiffurmaw parti mill-familja tal-Juventus Summer Camp f’dawn il-ġimgħat tas-Sajf. L-għan tas-Summer Camp huwa li jingaġġa subien u bniet biex jieħdu sehem attiv fil-futbol f’ambitu san u mhux kompetittiv u fuq kollox biex jieħdu gost u jitgħallmu u jimmiljoraw it-tattika individwali.

Il-futbol mhux se jkun l-uniku attivita` waqt dan is-Summer Camp għax hemm ippjanati attivitajiet oħra li se jkunu organizzati mill-istaff tekniku tal-Juventus Summer Camp, fost l-oħrajn attivitajiet soċjali u anke lezzjonijiet bażiċi tal-għawm bil-kollaborazzjoni tan-Nursery ta’ Sirens ASC.

It-tfal li se jkunu qed jiffurmaw parti mill-JSS Summer Camp, se jkunu maqsumin fi gruppi skod l-eta` tagħhom. Dan il-programm ta’ taħriġ li se jibda ftit tal-jiem oħra jikkonsisti f’żewġ sessjonijiet fil-ġimgħa ta’ siegħa u nofs il-waħda. Kull tifel jew tifla jista’ jagħżel li jattendi jew darba jew darbtejn fil-ġimgħa.

Il-prezz għal tfal sabiex jipparteċipaw fil-JSS Summer Camp huwa dak ta’ €130 għal 14-il sessjoni u ta’ €75 għal 7 sessjonijiet. F’każ ta’ żewg  aħwa li jieħdu sehem f’ dan is-Summer Camp, it-tieni applikant ikollu skont ta’ 35 fil-mija. Il-prezz totali se jkun qed jinkludi kit uffiċjali, biljeti għaċ-Ċinema, trasport, ilma, attivitajiet tal-isport u BBQ presentation night fl-aħħar tas-Sajf.

Kull min huwa nteressat li jieu sehem f’dan is-Summer Camp għandu jikkuntattja lil Sandro Micallef Direttur ta’ Events Services fuq 9944 5959 jew b’email fuq jssmalta@gmail.com.

Intant il-kumpanija Events Services permezz ta’ din l-istqarrija qed tikkonferma li sa minn Ottubru 2011 se terġa’ tkun qed topera f’Malta il-Juventus Soccer School hekk kif sanzjonati uffiċjalment mis-Soċjeta’ ta’ Juventus Football Club.





Leave a comment