Juventus Soccer School Malta tibda tilqa’ l-applikazzjonijiet

Wednesday, June 30, 2010, 15:45
Mix-xellug Clayton Giordemaina, Matthew Scerri, Charles Borg, John Bugeja u Emanuel Cassar

Mix-xellug Clayton Giordemaina, Matthew Scerri, Charles Borg, John Bugeja u Emanuel Cassar

Il-Kumpanija Kids Soccer Academy Ltd. ħabbret li wara diversi xhur ta’ negozjati mas-Soċjeta’ Juventus FC li tirrapreżenta lil Juventus Soccer Schools intlaħaq ftehim sabiex terġa tinfetaħ il-fergħa tal-Juventus Soccer School Malta.

Waqt Konferenza Stampa ġie spjegat li din l-iskola ta’ football se tkun qed tiffoka l-iktar fuq tfal kemm subien u anke bniet tal-eta’ ta’  bejn is-sitt (6) snin u tlettax (13) –il sena.

Preżenti għal din il-Konferenza Stampa kien hemm is-Sur Charles Borg Head Coach u Direttur Sportiv tal-Juventus Soccer School Malta kif ukoll is-Sur John  Bugeja President ta’ Żejtun FC, flimkien mas-Sinjuri  Manuel Cassar u Clayton Giordimaina b’dawn tal-aħħar diretturi wkoll fi ħdan din il-kumpanija Kids Soccer Academy. Preżenti kien hemm ukoll is-Sur Sandro Micallef responsabbli mill-Marketing u l-promozzjoni ta’ din l-iskola u s-Segretarju Ġenerali tal-Juventus Club Malta Vero Amore is-Sur Matthew Scerri.

 Il-Head Coach u Direttur Sportiv ta’ din l-iskola Charles Borg spjega li minħabba l-fatt li huwa coach tal-Juventus Soccer Schools għal dawn l-aħħar snin kemm f’Malta u anke fl-Italja ħass il-ħtieġa li fuq talba tas-Sur Alessandro Ramello Direttur Sportiv tal-Juventus Soccer Schools  madwar id-Dinja u coach tal-Juventus FC Under 13, il-Juventus FC jerġgħu jieħu din l-isfida biex il-Juventus Soccer School terġa’ tinfetaħ f’Malta.  Is-Sur Borg filwaqt li ħa l-opportunita’ sabiex irringrazzja lis-Sinjuri Franco Degabriele u Claudio Camilleri li xi snin ilu kienu fetħu huma l-ewwel fergħa tal-Juventus Soccer School (dak iż-żmien bl-isem ta’ Juventus Academy) qal  li din l-iskola ma baqgħetx attiva mhux minħabba nuqqas ta’ parteċipazzjoni u konkorrenza iżda minħabba l-impenji professjonali ta’ xogħol f’dak iż-żmien ta’ dawn it-tnejn min-nies. Filfatt Borg spjega li peress li hu baqa’ jikkowċja barra minn Malta fil-Juventus Soccer Schools ħafna ġenituri Maltin baqgħu isaqsu jekk u meta se terġa’ tinfetaħ din l-iskola.

Is-Sur Borg li issa huwa Tecnico II mas-settore Juventus Soccer School f’Turin spjega li se jkunu qed jiġu organizzati żewg training sessions kull ġimgħa waħda t-Tlieta fil-Ground taż-Żejtun FC u s-sessjoni l-oħra l-Ħamis fil-Ground sintetiku ta’ Pembroke Athleta FC. Iż-żewġ sessjonijiet se jibdew fil-17:00hrs u jdumu sas-18:30hrs. Charles Borg qal li bħalissa il-kumpanija Kids Soccer Academy qed tilqa’ applikazzjonijiet għal Coaches li jixtiequ jaħdmu fi ħdan il-Juventus Soccer School Malta, fejn dawn mhux neċċessarjament ikollhom l-ogħla liċenzji tal-coaching tal-UEFA imma l-course bażiku tal-coaching ikun ta’ għajnuna. Hu tenna li fuq ftehim bejn is-Soċjeta’ Juventus FC u l-fergħa tagħha Juventus Soccer School mal-kumpanija Maltija Kids Soccer Academy se jkunu qed jibagħtu coaches Maltin għal taħriġ ġewwa Turin għal taħriġ speċjalizzat tat-tfal.

Tkellem ukoll is-Sur John Bugeja President ta’ Żejtun FC li qal li huwa ta’ pjaċir u unur għall-Club li jirrapreżenta hu li l-Juventus Soccer School għażlet lil Żejtun FC bħala parti minn dan il-ftehim li minnu se jibbenefikaw mhux biss it-tfal li se jissieħbu minn madwar Malta iżda iktar u iktar it-tfal tan-Nursery taż-Żejtun FC li se jkollhom opportunita’ kbira li anke fil-futur jipparteċipaw fi skambji bħala Nursery ġewwa Turin. Bugeja tenna li hemm ħsieb sabiex saħansitra fl-ewwel jiem ta’ Novembru bejn l-1 u t-3 tax-xahar grupp ta’ tfal tan-Nursery taż-Żejtun u dawk li jkunu issieħbu matul ix-xahar ta’ Lulju jipparteċipaw fl-ewwel “stage” ġewwa Turin fejn ikollhom opportunita ta’ taħriġ u anke Tournament f’dan iż-żmien ta’ vaganzi għat-tfal. Is-Sur Buġeja ħabbar ukoll li jekk kollox imur hekk kif skedat u ppjanat l-ewwel sessjonijiet ta’ taħriġ tal-Juventus Soccer School Malta ġewwa ż-Żejtun isiru fuq il-wiċċ sintetiku l-ġdid tal-proġett li bħalissa hu għaddej. Bugeja rringrazzja wkoll lis-sinjuri Aldo Giordimaina  u Raymond Giordimaina li huma wkoll diretturi tal-kumpanija Kids Soccer Academy Ltd.

It-tfal li se jipparteċipaw fil-Juventus Soccer School jingħataw ukoll il-Kit uffiċjali

It-tfal li se jipparteċipaw fil-Juventus Soccer School jingħataw ukoll il-Kit uffiċjali

Is-Sur Matthew Scerri Segretarju Ġenerali tal-Juventus Club Vero Amore Malta qal li huwa ta’ sodisfazzjon li se terġa’ tinfetaħ din l-iskola f’Malta u awgura lid-diretturi kollha ta’ din il-kumpanija ġdida. Is-Sur Scerri tenna li se jkunu qegħdin joffru l-għajnuna kollha tagħhom bħala Club anke permezz tal-premises għal xi laqgħat mal-ġenituri qabel jibdew is-sessjonijiet ta’ taħriġ u anke qabel is-safriet li se jkunu organizzati matul is-sena.

Dawk il-ġenituri li jixtiequ japplikaw sabiex it-tfal tagħhom kemm subien u anke bniet biex ikunu parti mill-Juventus Soccer School għall-istaġun 2010/11 huma ġentilment mitluba jibgħatu email fuq chborg1897@onvol.net jew sandro.micallef@gmail.com jew jidħlu fil-paġna ta’ Facebook u jfittxu l-grupp Juventus Soccer School MALTA. L applikazzjonijiet  jistgħu jinġabru mill-klabb tal- Juventus Club Vero Amore. Hemm wieħed jista’ jsib id-dettalji kollha fosthom il-ħlas tal-parteċipazzjoni,  kif ukoll se jingħata skont ta’ 10% mill-ħlas tal-parteċipazzjoni fil-Juventus Soccer School għal dawk li huma membri fil-klabb Juventus Vero Amore Malta.  Jingħataw  ukoll dettalji dwar il-Kits tat-tfal li se jkunu tal-marka Nike.  

Video : http://www.youtube.com/watch?v=J5rmnDrJtWc

Kuntatt għall-iktar informazzjoni:

Charles Borg -  99516062 u Emanuel Cassar – 99000102





1 Comment

  1. Doreen Said Pace says:

    Where is the Juventus club vero amore situated please ?
    When is the applications deadline ?
    We are interested in enrolling our son, Karl Said ?

    [Reply]

Leave a comment