Juventus Soccer School Malta għal Turin

Monday, October 25, 2010, 18:32

minn Catherine Micallef.

Events Services il-kumpanija responsabbli mill-Juventus Soccer School Malta li hija affiljata mal-Juventus Academy Torino, se torganizza ġita speċjali bejn il-Ħadd 31 t’Ottubru u l-Erbgha 3 ta’ Novembru, 2010.  Il-Juventus Soccer School Malta se tkun qed titmexxa mis-Sur Charles Borg. Is-Sur Borg se jkun  id-Direttur Tekniku.  Is-Sur Borg li huwa ukoll A/Direttur fil-Juventus Soccer School Torino għandu esperjenza vasta f’dan il-qasam.  Miegħu se jkun hemm numru ta’ coaches kwalifikati li minn Novembru se jagħtu taħrig lit-tfal fil-pitches ta’ Kordin u Pembroke.   Numru sabiħ li se jibdew jattendu l-Juventus Soccer School Malta, flimkien ma’ xi ġenituri sejrin jibdew l-ewwel esperjenza tagħhom ġewwa Turin, sewwa sewwa fil-Juventus Soccer School Torino, fejn dawn minbarra t-taħrig li se jingħata lillhom mill-coaches professjonali, se jkollhom ukoll ix-xorti li jżuru l-Klabb tal-Juventus F.C. fejn hemmhekk se jkollhom l-opportunita li jżuru s-Sala tat-tazzi, fejn kull wieħed se jkollu l-opportunuita li jara u jieħu ritratti mat-tazzi kollha li rebaħ dan il-klabb glorjuż.

Kien hemm ukoll stedina pubblika biex xi nurseries tal-futbol lokali jtellgħu tim min-nursery tagħhom biex  jieħu sehem f’logħob ta’ ħbiberija ġewwa Grugliasco, il-lok f’Turin fejn jittrenjaw it-tfal tal-Juventus Soccer School Torino. In-nursery ta’ Ħamrun Spartans laqgħet din l-istedina b’idejha miftuħin u se ttella’ grupp ta’ tfal flimkien ma’ Uffiċjali u ġenituri tan-nursery ta’ Ħamrun.  

Nhar il-Ħadd 31 t’Ottubru, il-kontinġent jitlaq lejn Ruma biex imbagħad ikun jista jkompli l-vjaġġ tiegħu lejn il-belt ta’ Turin. Filgħaxija l-grupp jorjenta ruħu u jgawdi l-ikla ta’ filgħaxija fil-Hotel Del Parco li tinsab qrib Vinovo Center, it-training grounds fejn jittrenja t-tim Juventin.

It-Tnejn 1 ta’ Novembru, jibdew l-attivitajiet fejn il-grupp tal-Juventus Soccer School Malta jibda t-taħriġ tiegħu flimkien mal-coaches Taljani, l-grupp tan-nursery tal-Ħamrun jibdew jilagħbu fil-Football Festival kontra tfal tal-Juventus Soccer School Torino. It-tfal se jkunu taħt is-superviżjoni ta’ coaches minn JSS Torino li se jorganizzaw it-taħrig u logħob b’differenza. 

It-Tlieta 2 ta’ Novembru, il-gruppi kemm dak tal-JSS Malta kif ukoll dak tan-nursery tal-Ħamrun ikompli b’attivitajiet kalċistiċi, f’dak li huwa taħrig kif ukoll il-logħob tal-Football Festival.

Wara t-taħrig imorru Torino Centre fejn minn hemm imorru fil-kwartieri ta’ Juventus F.C.  It-tfal se jkollhom opportunita’ unika li jmorru fis-sala tat-tazzi u jieħdu ritratti mat-tazzi kollha li rebaħ dan it-tim sa mill-bidu tiegħu fl-1897.

 





Leave a comment