- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Juventus Club DOC Vero Amore Malta ppremjat tal-istaġun

Posted By Sportinmalta On May 12, 2016 @ 7:38 pm In Featured,Football | No Comments

Gavin Muscat

Huwa bi pjaċir kbir li nħabbru li l-Juventus Club DOC Vero Amore Malta ġie ppreżentat b’rikonoxximent prestiġġjuż bħala l-akbar klabb barrani għall-istaġun li għadda – 2014/15.

Il-President Joseph Fenech irringrazzja liċ-Centro Cordinamento ta’ Juventus FC għal dan l-unur prestiġġjuż u ddedikah lill-membri tal-Club u lil dawk kollha li jaħdmu kontinwament għall-ġid tal-istess organiżżazzjoni b’mod partikolari l-isponsors li mingħajr is-sostenn tagħhom, bosta attivitajiet ma jkunux possibbli.

Il-kumitat tal-Juventus Club DOC Vero Amore Malta jieħu l-opportunita’ sabiex jifraħ ukoll lill-Juventus Club Cuore Bianconero (Malta) talli laħaq l-istess tragward f’dan l-istaġun. Il-Juventus Club DOC Vero Amore Malta dan l-istaġun klassifika fit-tieni post fost il-clubs barranin kollha madwar id-dinja.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/juventus-club-doc-vero-amore-malta-ppremjat-tal-istagun/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.