Juru s-sodisfazzjon tagħhom il-komunita tal – combat sports

Tuesday, January 13, 2015, 21:02

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA


Permezz ta’ din l-istqarrija konġunta aħna hawn taħt iffirmati Marc James Kap Eżekuttiv tal-Malta Boxing Association u Master Noel Mercieca f’isem Ying Yang Kickboxing Club nixtiequ nesprimu s-sosisfazzjon tagħna għall-fatt li għal sena oħra il-Combat Sports reġa’ ġie rikonoxxut bl-iktar mod konvinċenti permezz ta’ żewġ atleti fil-finali tal-Kategorija Sportiv tas-Sena tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali Sport Malta Awards.
Ta’ dan nixtiequ nirringrazzjaw lill-ġurnalisti tal-Isport Maltin membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports li vvutaw għall-Boxer Super Steve Martin u għall-Kick Boxer Daniel The Jet Zahra.
Din hi t-tieni sena konsekuttiva li Boxer u Kickboxer Malti irexxielhom jgħamluha fil-finali tal-Isportiv tas-Sena li hu wieħed mill-unuri prinċipali tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali.
Finalment nixtiequ nawguraw lill-Għaqda Ġurnalisti Sports u l-Kunsill Malti għall-Isport kull suċċess fl-organizazzjoni tal-edizzjoni tal-Isportivi Nazzjonali ta’ din is-sena.
Marc E.L.  James                                                              Master Noel Mercieca
Kap Eżekuttiv                                                                    Ying Yang Club
Malta Boxing Association                                             Kickboxing




Leave a comment