Jurgen Balzan rebbieħ tal-Grand Prix U19 f’Issy f’Pariġi

Monday, February 3, 2020, 16:03
Fi tmiem il-ġimgħa f’Issy, f’Pariġi fi  Franza sar l-FISTF  Grand Prix ta’ Issy Moulineux fi Franza, fejn tliet plejers Maltin hadu sehem.
Is Sibt  fil-Kategorija Veterani Jason Pisani ta’ Master Sanremo wasal sal-barrage wara l-gruppi fejn inqala’ ma’ Daniel Sheen ta’ Royal Kaisermuhlen tal-Belġju 2-1. Massimo Cremona ta’ Napoli Fighters fil-Kategorija Open wasal sal-kwarti tal-finali, fejn inqala’ fil-ħin barrani 4-3 kontra Christophe Dheur ta’ Charleroi tal-Belġju.
Fil-kategorija ta’ taħt id-dsatax-il sena, kellna it-trijonf tas-seed numru 1 dinji Jurgen Balzan ta’ Stembert CT, li ddomina fil-gruppi, bil-finali mirbuħa kontra Louison Giuaux ta’ Rochefort tal-Belġju 1-0.
Il-Ħadd fil-kategorija tat-timijiet, il-plejers Maltin Jason Pisani ta’ Master Sanremo waslu sas-semifinali fejn tilfu kontra Charleroi tal-Belgju 2-1 u Stembert ta’ Jurgen Pisani waslu sal-finali fejn tilfu 2-0 kontra Charleroi tal-Belġju.
L-MTFSA tkompli l-kampjonati domestiċi individwali tagħha fid-9 ta’ Frar, fil-15 u fis-16 ta’ Frar bit-tazza u l-kampjonat tal-klabbs, fil-Kazin Banda San Ġorġ ta’ Bormla.




Leave a comment