Jurgen Balzan idebutta mat-tim Belġjan ST Stembert fiċ-Champions League 2019

Monday, October 28, 2019, 7:41

Jurgen Balzan fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kien f’Caen fi Franza jsabiex ipparteċipa fiċ-Champions League 2019, mat-tim il-ġdid tiegħu ta’ St Stembert.

Is -Sibt kien hemm il-fażi tal-gruppi fejn Balzan kellu prestazjoni tajba b’diversi rebħiet, fosthom kontra l-plejer tat-tim TSG Rain, Andreas Jung jun 5-1, kontra l-plejer ta’ FTC Caen Raphael Pommier 1-0. Balzan irnexxilu jikseb dro mat-Taljan ta’ Napoli Fighters Andreas Ciccarelli 2-2 u sfortunatament kellu telfa mat-Taljan tat-tim Reggio Emilia, Saverio Bari 6-1.  It-tim ta’ Stembert għadda l-fażi tal-grupp fit-tielet post.  Il-Ħadd sfortunatament inqalgħu mal-aħħar sittax, kontra tim ta’ Rochefort TS.  ST Stembert ġew klassifikati fi tnax-il post.





Leave a comment