Jurgen Balzan finalist fil-Major ta’ Milan 2019

Wednesday, December 11, 2019, 14:27

Fil-Major ta’ Milan 2019 li ġie organiżżat fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, fiċ-ċentru sportiv Schuster ġewwa Milan, ħa sehem ukoll Jurgen Balzan.

Is-Sibt Jurgen Balzan ipparteċipa fil-kategoriji individwali Open u dik ta’ taħt id-dsatax-il sena.  Fil-kategorija Open għadda t-tieni, fil-grupp u wara inqala fil-barrage kontra it-Taljan Leonardo Guidice 2-6.  Fil-kategorija ta’ taħt id-dsatax-il sena lagħab is-semifinali kontra it-Taljan Riccardo Natoli fejn rebaħ bl-iskor ta’ 2-1.  Sfortunatament tilef fil-finali kontra it-Taljan Lorenzo Lazzaretti bis-sudden death 2-1.

Il-Ħadd Balzan lgħab mat-tim Belġjan Stembert.  It-tim wasal sal-aħħar 16 wara li inqala’ mat-tim rebbieħ Reggio Emilia 0-3.

Fl-istess tmiem il-ġimgħa Jurgen Balzan ġie premjat bi premju speċjali mill-Kumitat Olimpiku Malti tas-suċċessi li kellu fl-istaġun li għadda f’kompetizzjonijiet internazzjonali.





Leave a comment