Jurgen Balzan finalist fil-Gran Prix tal-Belgium.

Wednesday, October 3, 2018, 7:23

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie organizzat it-turnament internazzjonali tal-Gran Prix tal-Belġju mill-klabb Belġjan ‘Lion’s Eugies’ taħt l-awspici tal-Federazjoni internazjonali tat-Table Football il-FISTF.

Fil-kompetizzjoni individwali fil-kategorija Open ħadu sehem Derek Conti, Mario Camilleri u Massimo Cremona.  Dawn kollha wasslu sal-kwarti tal-finali.  Din il-kategorija intrebħet mit-taljan Saverio Bari.

Fil-kategorija ta’ taħt id-dsatax-il sena ħa sehem Jurgen Balzan li kellu prestazzjoni tajba u wasal sal-finali.  Sfortunatament tilef din il-finali b’penalty waqt is-sudden death, bl-iskor ta’ 3-2.  Ir-rebbieħ kien il-Belġjan Maxime Rairoux.

Fil-kategorija tat-timijiet ħa sehem it-tim ta’ Valletta Subbuteo Club li kien kompost minn Derek Conti, Mario Camilleri, il-Belġjan Pascal Scheen u ddebutaw għall-ewwel darba mat-tim il-Franċiż Axel Donval u Jurgen Balzan.  It-tim wasal sal-kwarti tal-finali fejn ġie eliminat kontra t-tim Belġjan Charleroi.  It-tim rebbieħ kien Rocheforte TS.





Leave a comment