Juninho ta’ Xewkija Tigers rebaħ l-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Novembru

Friday, January 3, 2020, 13:48

Jose Carlos Nogueira Junior huwa l-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Novembru 2019.

L-Attakkant tax-Xewkija, magħruf aħjar bħala Juninho, ingħaqad mat-Tigers dan l-istaġun wara karriera fil-Bulgarija, l-Armenja u t-Turkija. Il-Brażiljan ta’ 34 sena huwa attakkant versatili ħafna u effettiv wkoll biex joħloq opportunitajiet li jattakkaw minn fuq il-linji.

Juninho kien il-protagonist ewlieni fir-rebħa kbira ta’ 8-1 ta’ Xewkija fuq Munxar Falcons fir-rawnd preliminari tat-Tazza BOV GFA. Wara li qalgħu gowl, Juninho skorja l-gowl tad-draw u kien protagonist f’diversi mill-azzjonijiet tal-gowls tat-tim tiegħu. Huwa ddistingwa ruħu wkoll fir-rebħa ta’ 2-0 ta’ Xewkija fuq Xaghra United fil-Kampjonat BOV GFA tal-ewwel diviżjoni.

Juninho rċieva t-trofew kommemorattiv tiegħu minn Horace Laudi, Uffiċjal Kap fil-Bank of Valletta u għażel lill-Fondazzjoni Arka biex jibbenefika mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan il-premju.





Leave a comment