Jum Internazzjonali tal-Mara – ċelebrazzjonijiet mill-Kunsill Malti għall-iSport

Monday, February 28, 2011, 12:30

Il-Kunsill Malti għall-iSport (KMS) għal Jum Internazzjonali tal-Mara, iċċelebrata fit-8 ta’ Marzu, se joffri programm varjat li se jinkludi għażla ta attivitajiet ta’ fitness bejn il-ħamsa u s-sebgħa ta’ fil-għaxija, nhar it-Tlieta 8 ta’ Marzu. Dawn is-sessjonijiet qed jiġu offruti mingħajr ħlas, u se jsiru fil-Kumpless Sportiv Kottonera. Matul il-ġimgħa, KMS se jkunu wkoll qed jorganizza attivitajiet oħra direttament ma’ numru ta’ skejjel sekondarji tal-bniet.

Għaldaqstant, Kunsill Malti għall-iSport jistieden in-nisa u bniet kollha, inklużi nanniet u ommijiet biex jipparteċipaw. Il-programm se jinkludi għażla ta’ Yoga jew Fitness Orjentali għall-adulti, fil-5pm; ommijiet bit-tfal jistgħu jipparteċipaw, filwaqt li t-tfal tagħhom jistaw jippruvaw sessjoni tal-Ballet jew Aerobics. Fis-6pm ser ikun hemm sessjoni ta’ Zumba għall-adulti u tfal ma’ Pedro u Maria.

KMS tinkoraġġixxi lin-nisa jipparteċipaw fl-isport u attivitajiet ta’ fitness u jħajjarhom sabiex jingħaqdu magħna u niċċelebraw dan il-jum speċjali. Għal aktar informazzjoni, ibgħat e-mail lil programmes@sportmalta.org.mt jew cemplu fuq tel. 21660658.

Dwar Jum Internazzjonali tal-Mara

2011 hija s-sena ċentinarju globali għall-Jum Internazzjonali tal-Mara. Kull sena madwar id-dinja, Il-Jum Internazzjonali tal-Mara (IWD) hija ċċelebrata fit-8 ta’ Marzu. Mijiet ta ‘avvenimenti jseħħu biex jimmarkaw il-kisbiet ekonomiċi, politiċi u soċjali tan-nisa.





Leave a comment