- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

JUDE AMIN UTULU APPUNTAT GĦALL-FINALI TAL-EURO WINNERS CUP 2018 F’NAZARÉ, IL-PORTUGALL

Posted By Sportinmalta On May 27, 2018 @ 4:16 pm In Beach Soccer,Featured | No Comments

Ir-referi internazzjonali tal-Beach Soccer, Jude Amin Utulu, ġie appuntat biex jikkontrolla logħbiet fis-sitt edizzjoni ta’ din il-kompetizzjoni għall-klabbs.

Il-kosta Portugiża ta’ Nazaré, għat-tieni darba konsekuttiva ser tospita t-Turnament Finali, li jintlagħab il-ġimgħa d-dieħla mit-28 ta’ Mejju sat-3 ta’ Ġunju.

Din is-sena wkoll, l-aqwa klabbs rappreżentattivi tal-Assoċjazzjonijiet Nazzjonali Ewropej tal-Football ser iterrqu lejn ir-ramel ta’ din il-lokalità mal-Baħar Atlantiku biex jikkontestaw għat-titlu ta’ ċampjins Ewropej. (SC Braga tal-Portugall huma ċ-ċampjins renjanti).

26 minn 34 team diġà jafu bid-dettalji tal-logħob tagħhom fil-fażi preliminari tal-gruppi; 8 teams oħra jingħaqdu magħhom wara li ġranet qabel (mill-25 sas-27 ta’ Mejju) ikunu kkompetew fin- Nazaré Beach Soccer Cup u spiċċaw fil-quċċata tal-gruppi biex ikkwalifaw għall-Euro Winners Cup.

Minbarra l-kompetizzjoni maskili, f’dik li ser tkun it-tielet edizzjoni tal-kompetizzjoni verżjoni Women Euro Winners Cup 2018, fl-istess żmien 20 team mill-kontinent Ewropew, l-ewwel ser jissieltu f’ħames gruppi qabel jgħaddu mill-stadji segwenti u jaslu għar-rebħa finali. (Havana Shots Aargau tal-Isvizzera  huma ċ-champions renjanti).

Fiż-żewġ kompetizzjonijiet, minbarra l-fażijiet tal-aħħar 16, il-kwarti tal-finali, is-semifinali u l-finali, isiru wkoll il-play-offs biex tiġi deċiża l-pożizzjoni finali ta’ kull tim.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/jude-amin-utulu-appuntat-ghall-finali-tal-euro-winners-cup-2018-fnazare-il-portugall/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.