Jude Amin Utulu Appuntat Għall-Euro Beach Soccer League (EBSL) 2016 Promotion Final U S-Superfinal

Thursday, August 25, 2016, 16:56

Note:This article has been published in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

Wara l-parteċipazzjoni tiegħu fid-19-il edizzjoni ta’ din l-ogħla livell ta’ kompetizzjoni Ewropea annwali fil-beach soccer għal teams nazzjonali maskili f’Moska x-xahar li għadda, u aktar kmieni dan ix-xahar fl-Ungerija, id-Dipartiment tar-Refereeing tal-Malta Football Association bi pjaċir iħabbar li r-referee internazzjonali Jude Amin Utulu ġie appuntat biex jikkontrolla partiti mill-fażi finali tal-EBSL Promotion Final u s- Superfinal li ser jintlagħbu bejn il-25 u t-28 ta’ Awwissu 2016.

Il-belt ta’ Katanja fi Sqallija, l-Italja – li dawn l-aħħar tliet snin organizzat  l-Euro Winners Cup, u bħall-2014 l-Euro Beach Soccer League dan l-istaġun – ser tkun qed torganizza dawn iż-żewġ avvenimenti li għandhom jirregolaw il-pożizzjonijiet finali għall-istaġun li ġej.

L-erba’ gruppi ta’ parteċipanti huma:

  • Division A Group 1 – Belarus, Ġermanja, Ukrajna, Spanja
  • Division A Group 2 – Portugall, Russja, Svizzera, Italja
  • Division B Group 1 – Moldova, Ungerija, Estonja, Rumanija
  • Division B Group 2 – Repubblika Ċeka, Turkija, Ingilterra, Azerbajġan

Il-fażi tal-gruppi tintlagħab mill-25 sas-27 ta’ Awwissu; il-Play-Offs, il-Promotion Final u s- Superfinal jintlagħbu fit-28ta’ Awwissu.

————————————————————————————————————————————————————-

English

Jude Amin Utulu Appointed For The Euro Beach Soccer League (EBSL) 2016 Promotion Final & Superfinal

After his successful participation in mini-tournaments of the 19th edition of this annual premier European competition in beach soccer for men’s national teams in Moscow last month, and earlier this month in Hungary, the Malta Football Association Refereeing Department is pleased to announce that international beach soccer referee Jude Amin Utulu has been appointed to officiate during the EBSL Promotion Final and Superfinal of this final tournament to be played from the 25th to the 28th of August 2016.

The Sicilian city of Catania, Italy – which has hosted the Euro Winners Cup for the last three years, and like in 2014, will also hold a Euro Beach Soccer League event this season –  will host the two events which will regulate next season’s final positions.

The four groups of contestants are:

  • Division A Group 1 – Belarus, Germany, Ukraine, Spain
  • Division A Group 2 – Portugal, Russia, Switzerland, Italy
  • Division B Group 1 – Moldova, Hungary, Estonia, Romania
  • Division B Group 2 – Czech Republic, Turkey, England, Azerbaijan

The Group Phase will be held from the 25th to the 27th; the Play-Offs, the Promotion Final and the Superfinal will be held on the 28th of August.

Catania beach soccer stadium

Jude Amin Utulu





Leave a comment