Jude Amin Utulu Appuntat Għall-EURO Beach Soccer League 2016 F’Moska

Tuesday, July 12, 2016, 21:26

Note:This article has been published in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

Id-Dipartiment tar-Refereeing tal-Malta Football Association iħabbar li r-referee internazzjonali Jude Amin Utulu rċieva appointment ieħor – din id-darba biex jikkontrolla partiti mill-Euro Beach Soccer League f’Moska, mill-1 sat-3 ta’ Lulju 2016.

Il-kapitali Russa ħa tkun qed torganizza għal darb’oħra dan il-premier league bħalma għamlet b’mod regolari fuq l-aħħar deċennju.

Din id-19-il edizzjoni ta’ din l-ogħla livell ta’ kompetizzjoni Ewropea annwali fil-beach soccer għal teams nazzjonali maskili, din is-sena ser tkun kontestata mir-Russja, l-Iżvizzera, Franza u l-Polonja f’Diviżjoni A Grupp 1; Spanja, l-Italja, il-Belarussja u l-Greċja f’Diviżjoni A Grupp 2; u l-Moldova, is-Serbja, l-Estonja u l-Każakstan f’Diviżjoni B Grupp 1.

Il-logħob ser isir fil-qalba tal-belt ta’ Moska, fi stadium li jesa 6,000 persuna.

————————————————————————————————————————————————————-

Jude Amin Utulu Appointed For EURO Beach Soccer League 2016 In Moscow 

The Malta FA Refereeing Department announces that international beach soccer referee Jude Amin Utulu has received another appointment – this time to officiate at the Euro Beach Soccer League (EBSL) in Moscow from 01st to 3rd July 2016.

Regular hosts Moscow – a key location in the European top-flight season over the past decade – once again will get the competition under way.

This 19th edition of the annual, premier European competition in beach soccer for men’s national teams, this year will be contested by Russia, Switzerland, France and Poland in Division A Group 1; Spain, Italy, Belarus and Greece are together in Division A Group 2; while Moldova, Serbia, Estonia and Kazakhstan are in Division B Group 1.

A 6,000-seater stadium at the core of the Muscovite city, will host this event.

————————————————————————————————————————————————————-

Gallery

Jude Amin Utulu

————————————————————————————————————————————————————-

EBSL Moscow venue

————————————————————————————————————————————————————-





Leave a comment