Jude Amin Utulu Appuntat Għal Fażi Oħra tal-EURO Beach Soccer League 2016 Fl-Ungerija

Friday, August 12, 2016, 15:53

Note:This article has been published in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

Wara l-parteċipazzjoni tiegħu fid-19-il edizzjoni ta’ din l-ogħla livell ta’ kompetizzjoni Ewropea annwali fil-beach soccer għal teams nazzjonali maskili f’Moska x-xahar li għadda, id-Dipartiment tar-Refereeing tal-Malta Football Association bi pjaċir iħabbar li r-referee internazzjonali Jude Amin Utulu rċieva appointment ieħor biex jikkontrolla aktar partiti minn dan it-tornew.

Il-belt ta’ Siofok fl-Ungerija, għat-tielet sena konsekuttiva, ser tkun qed torganizza l-aħħar fażi li ser tintlagħab mit-12 sal-14 ta’ Awwissu 2016.

Ir-Rumanija għandha test iebes kontra l-qawwa tat-team Portugiż, tar-Russja u tal-Belarus f’Diviżjoni A Grupp 1; bl-Ukrajna, l-Italja, il-Ġermanja u l-Polonja f’Diviżjoni A Grupp 2; u l-Ungerija, l-Ażerbajġan, id-Danimarka u l-Bulgarija f’Diviżjoni B Grupp1 –kollha jimmiraw li jiġbru l-punti għall-finali aktar tard dan ix-xahar.

————————————————————————————————————————————————————-

Another Euro Beach Soccer League (EBSL) 2016 Appointment For  Jude Amin Utulu 

After his successful participation in the 19th edition of this annual premier European competition in beach soccer for men’s national teams in Moscow last month, the Malta Football Association Refereeing Department is pleased to announce that international beach soccer referee Jude Amin Utulu has received another EBSL appointment to officiate more matches at this tournament.

The city of Siofok in Hungary, for the third year running, will host the remaining phase to be played between 12th and 14th August 2016.

Romania face a stern test against Portugal, Russia and Belarus in Division A Group 1; with Ukraine, Italy, Germany and Poland in Division A Group 2; and hosts Hungary, Azerbaijan, Denmark and Bulgaria in Division B Group 1 – all aiming to salvage points before the finals later this month.

Jude Amin Utulu

Jude Amin Utulu





Leave a comment