Joseph Zerafa jammetti l-akkuzi fil-Qorti

Monday, July 2, 2012, 22:33

Joseph Zerafa ammetta mill-ewwel fil-Qorti

Sors: John Pisani minn Kronaka f’Malta.

Kif kien mistenni l-Ispettur Elton Taliana nhar is-Sibt ressaq il-Qorti lil Joseph Anthony Zerafa, ta’ 24 sena mill-Qawra, li d-delettanti tal-futbol lokali jafuh jilghab mat-tim ta’ Birkirkara kif ukoll mat-tim nazzjonali Malti, u akkuzah li minghajr il-hsieb li joqtol jew li jqieghed il-hajja ta’ haddiehor f’periklu, ikkaguna ferita ta’ natura gravi fuq zghazugh minn San Pawl il-Bahar, li ghamel hsara fuq computer fl-Ghassa ta’ Birkirkara, li kkaguna ferita hafifa fuq guvni iehor kif ukoll fuq tfajla, li hedded persuni u hareg mil-limiti tal-provokazzjoni, li kiser il-paci pubblika u li m’obdiex jew fixkel il-Pulizija fi dmirijietha. Il-futboler internazzjonali gie akkuzat ukoll li ghamel hsara fl-Ghassa tal-Pulizija ta’ Birkirkara fil-computer liema hsara tammonta ghal aktar minn €1,000.

Zerafa wiegeb li huwa hati tal-akkuzi migjuba kontrih u nghata sentenza ta’ sentejn probation.

Ghadu mhux maghruf jekk l-MFA jew Pietro Ghedin humiex se jiehdu passi dixxiplinari fil-konfront ta’ Zerafa wara dan l-incident.





1 Comment

  1. Malti says:

    Jiena ma naqbilx li inehhu mill-iskwadra nazzjonali… ghaliex il hajja personali ma ghandiex tithalla mal hajja tal football

    [Reply]

Leave a comment