Joseph Mifsud jirritorna ma’ Valletta Subbuteo Club

Monday, July 6, 2020, 7:29

Valletta Subbuteo Club ikomplu jissaħħu għall-istaġun li ġej, hekk kif wara l-akkwist tal-Belġjan Christophe Dheur issa kien jmiss ir-ritorn ta’ Joseph Mifsud.

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, Joseph Mifsud iffirma ma’ Valletta Subbuteo Club sabiex irritorna ma’ dan il-klabb wara nuqqas ta’ diversi snin.

Mifsud kien ħames darbiet Ċampjin ta’ Malta, filwaqt li rebaħ bosta unuri oħra internazjonali, fosthom kien rebbieħ tal-Major ta’ Bologna fl-Italja. Mifsud lagħab ma’ bosta timijiet Maltin u barranin, kif ukoll mat-tim nazzjonali.





Leave a comment