- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Joseph Mario Vella (Xewkija Tigers) jirbaħ l-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Diċembru 2017

Posted By Sportinmalta On January 26, 2018 @ 11:31 am In Featured,Football | No Comments

Joseph Mario Vella ta’ Xewkija Tigers huwa l-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Diċembru 2017.

Vella sab ix-xibka fir-rebħa ta’ Xewkija Tigers ta’ 4-0 kontra Vittoriosa fit-tielet rawnd tal-FA Trophy. Il-plejer ta’ nofs il-grawnd avvanzat skorja wkoll l-ewwel gowl ta’ Xewkija Tigers fir-rebħa tagħhom ta’ 3-2 kontra SK Victoria Wanderers, il-partita mill-Kampjonat BOV GFA.

Fl-età ta’ 20 sena Vella, prodott ta’ Xewkija Tigers, lagħab għall-ewwel tim f’età ferm żgħira, u wara perjodu qasir ma’ St Lawrence Spurs, huwa reġa’ lura mat-Tigers għall-istaġun tal-2016-17 u stabbilixxa ruħu f’nofs il-grawnd għal Xewkija Tigers minkejja d-diversi plejers ġodda li ffirmaw mal-klabb.

Horace Laudi, il-Maniġer Reġjonali għal Għawdex tal-Bank of Valletta ppreżenta t-trofew tal-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Diċembru 2017 lil Joseph Mario Vella waqt waħda mis-sessjonijiet tat-taħriġ tat-tim. Vella għażel lill-Fondazzjoni Arka biex tibbenefika mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan l-unur.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/joseph-mario-vella-xewkija-tigers-jirbah-l-bov-gfa-plejer-tax-xahar-ghal-dicembru-2017/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.