Joseph Cefai (Xewkija Tigers) jirbaħ l-unur tal-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Novembru 2018

Wednesday, January 2, 2019, 14:48

Il-Captain ta’ Xewkija Tigers Joseph Calleja huwa l-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Novembru 2018.

Calleja, li għandu 33 huwa prodott tan-nursery ta’ Xewkija Tigers u ddebutta mat-tim tal-kbar fl-istaġun 2001/2002, u rebaħ l-unuri kollha fil-Futbol Għawdxi inklużi 4 kampjonati, 6 darbiet it-Tazza GFA, u s-Super Cups 5 darbiet fost l-oħrajn.

Wara bidu diżappuntanti għall-istaġun, fejn tilfu l-finali tas-Super Cup u kienu inkonsistenti fil-logħbiet tal-Kampjonat, Xewkija irkupraw u bħalissa huma fit-tieni post fil-klassifika tal-BOV GFA League fil-Lega tal-BOV GFA, fis-semi-finali tat-Tazza tal-BOV GFA u wkoll fil-kwarti tal-finali tal-BFA GFA. Trophy FA.

Matul Novembru, Cefai kien strumentali fir-rebħa ta’ 3-1 ta’ Xewkija fuq Kercem Ajax, fejn pprovda zewġ assists fil-gowls tat-tim tiegħu waqt li skorja gowl u fassal ieħor fir-rebħa kbira ta’ 9-0 fuq Munxar Falcons.

Horace Laudi, Eżekuttiv għal Għawdex għall-Bank of Valletta ppreżenta it-trofew tal-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Novembru 2018 lil Calleja li għażel lil Puttinu Cares biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan il-premju.





Leave a comment