John Buttigieg – Direttur Tekniku Ġdid Floriana YN

Monday, July 21, 2014, 9:49

Floriana FC Nursery ħatru lill-ex coach tat-tim nazzjonali Malti u ex player internazzjonali ta’ Malta u ta’ Floriana FC John Buttigieg bħala Direttur Tekniku.

John Buttigieg se jkun responsabbli mid-direzzjoni teknika tan-Nursery ta’ Floriana FC. Floriana FC Nursery di;á [atret b[ala Head Coach tagħha lill-ex player internazzjonali u ex player ta' Floriana FC John Holland. B’hekk se tkun qed tissaħħaħ l-istruttura u d-direzzjoni kalċistika tan-nursery tal-klabb.

Fil-passat Buttigieg ta kontribut kbir lill-klabb ta' Floriana FC bħala player, fejn rebaħ il-Kampjonat u t-Trophy flimkien ma' unuri oħra.

Dawn iz-zewġ; ħatriet ikomplu isaħħu it-twettiq tax-xogħol u policy ta' Floriana FC Nursery li kemm jista’ jkun ikollha coaches ta’ livell tekniku għoli u b’valuri sodi essenzjali biex ji;u prodotti players abbli u ta’ karattru sod, kif dejjem ;ew prodotti mill-Floriana FC Nursery kemm biex jilgħabu għal Floriana u kif ukoll għal Malta, jew għal klabbs oħrajn, anke fil-qasam internazzjonali.

Il-President ta' Floriana FC Riccardo Gaucci qal li din il-ħatra saret b'ħidma konġunta bejn Floriana FC u Floriana FC Nursery u se tkun fattur importanti ghall-futur tal-klabb. Gaucci sostna li l-esperjenza ta' Buttigieg se tkun elementi importanti biex in-nursery ta' Floriana FC tkompli ittejjeb is-servizzi li toffri lit-tfal li biex dawn ji]viluppaw it-talenti tag[hom u jiehdu l-futbol b[ala karriera. Il-President ta’ Floriana FC qal li l-ħatra ta’ John Buttigieg hi parti importanti mill-istrateġija tal-klabb li jkompli jtejjeb il-bazi tiegħu.

Il-President ta’ Floriana FC Nursery Dr.Hugh Peralta qal illi bil-ħatriet ta’ John Buttigieg, ta’ John Holland  u tal-coaching staff kollu , il-Floriana FC Nursery għandha tkompli bix-xogħol taghha u anki tiehu spinta ‘il quddiem biex til[aq l-ghan principali li tipproduċi players ta’ kwalitá.  

Dr. Peralta jemmen li l-esperjenza u l-kapaċitajiet tekniċi ta’ John Buttigieg, ta’ John Holland  u l-kumplament tal-istaff tekniku se jagħtu valur mizjud lin-nursery u se jkunu ta’ benefiċċju kbir għat-tfal li jattendu.

Floriana FC Nursery qed tilqa’ applikazzjonijiet minn tfal li twieldu bejn l-1999 u l-2009. Min hu nteressat jissieħeb man-nursery g[andu jzur in-nursery tal-klabb fl-Arena tal-Indipendenza fil-Floriana bejn il-5 pm u s-7 pm, jew icempel fuq 21228391 fl-istess hinijiet.

 

 

 

 





Leave a comment