Johann Said jispiċċa minn President

Sunday, June 10, 2012, 16:30

minn Joshua Cacciattolo

Quddiem folla mdaqqsa ġewwa l-każin tal-Floriana, Johann Said għamel l-aħħar preżenza tiegħu bħala l-President tal-Floriana, fejn ta redikont tal-ħidma li għamel f’dawn is-sentejn u l-aħħar żviluppi li ltaqa’ magħhom fl-aħħar xhur.

Said beda’ kif meta daħal fiż-żarbun tal-kumitat preċedenti, sab dejn sostenzjali kif ukoll li l-klabb kellu biss erbgħa plejers tiegħu. Hu kompla billi qal li b’ħidma mal-kumitat akkwistaw plejers ta’ livell għoli fosthom Tyrone Farrugia, Manoilto Micallef, Christian Cassar, Thomas Paris u Ivan Woods. Kompla billi qal li minkejja li d-dejn kważi rdoppja illum l-klabb għandu 21 plejer tal-klabb, kif ukoll se jerġgħu jikompettu fil-kompetizzjoni Ewropeja.

Johann Said irringrazzja ukoll lin-nies li ħadem magħhom dawn l-aħħar sentejn minkejja d-diffikultajiet li sab ma’ wiċċu hu u l-kumitat.

Fl-aħħarnett kienu ftit li tefgħu n-nomina għal-kumitatt, hekk kif issa fil-jiem gejjin se jsir laqgħa oħra li fiha mistenija jitfgħu n-nomina tagħhom l-eks membri tal-kumitatt. Waqt l-AGM spikkat il-preżenza tal-eks Segretarju Dione Borg u l-eks President Joe Cauchi.





6 Comments

  1. Antoine attard says:

    Jiddispjacini hafna nara lil Floriana f’diffikultajiet kbar kif kienu ghaddew klabbs li jtellghu hafna nies il-ground, jiguni go mohhi ahna l-hamrun, il-belt, ir-rabat u z-zurrieq. Klabb marid jista’ jmarrad lil ohrajn u ghalhekk nawgura fejqan ta’ malajr.

    [Reply]

  2. cityboy says:

    Siehbi Massu vera hekk ghandu jkun li jikteb fuq kull tim pero naccertak li ahna ma hemm xejn gravi anzi qed nitfixklu fil gid…..Ghidilna ftit fuq Akoto ??? xinhu jghid dan ???

    [Reply]

  3. Massimo says:

    Ma nafx city boy li naf li meta tkun gurnalist tajjeb tikteb fuq kulhadd u tikteb il verita mhux li jigu jivvintaw certu nies.ghall xi haga giet posposta zgur .

    [Reply]

  4. SUPER CITY says:

    manniex biex namlu kimitat mass ,ghalekk ma qal xejn.et nistennew jinqala bnieden ghall president .forsi jigi ta sigarru maghna.

    [Reply]

  5. cityboy says:

    Taqax ghan nejk Massu…lewwelnett ghat 23 u thasret mhux ghax hemm linkwiet umrar li ghandkom intom imma minhabba il-lussu u gid kbir li hemm fil kumitat

    [Reply]

  6. Massimo says:

    u fuq tal girien ma sirt taf xejn Joshua Cacciattolo li giet posposta ghas 27/6/2012 issa u ma tafx ghalfejn ????ghax kieku taf hemm storja x’tikteb.

    [Reply]

Leave a comment