Johan Attard jirbaħ l-ewwel tournament tal-istaġun

Tuesday, October 6, 2015, 20:41

Gavin Muscat

Il-Malta Pool Association fetħet l-istaġun tagħha bl-organizzazjoni tal-ewwel serje ta’ ranking tournaments riservati għall-kategoriji tal-irġiel, żgħażagħ Under 18’s, żgħażagħ Under 23’s u Irġiel akbar minn 50 sena.

Johann Attard kien f’ forma brillanti meta kiseb l-ewwel rebħa tal-istaġun. Fil-finali tal-kategorija tal-irġiel huwa għeleb lil Kevin Mercieca bl-iskor ta’ 8-3.   Il-kategorija taż-żgħażagħ Under 18’s ġiet iddominata minn Dejan Grech li fil-finali għeleb lil Scott Muscat bl-iskor konvinċenti ta’ 7-1.  Ryan Pisani kiseb l-ewwel tournament tal-istaġun meta fil-finali tal-kategorija Under 23’s għeleb lil Dylan Cassar bl-iskor ta’ 8-4.  Il-kategorija tal-irġiel akbar minn 50 sena rat ir-rebħa ta’ Ray Caruana li fil-finali għeleb lil Sirio Baldacchino bl-iskor ta’ 8-5.

F’ dan l-istaġun l-assoċjazzjoni ser torganizza sitt serje ta’ tournaments li minnhom ser jintagħżlu t-timijiet nazzjonali li ser jirrapreżentaw lil pajjiżna fil-Kampjonati Ewropej ġewwa Franza u fil-kampjonati mondjali ġewwa Blackpool.

It-tieni serje ta’ tournaments ser jibdew fit-12 ta’ Ottubru ġewwa Ian’s Sports Club, Żebbuġ.

Johan Attard

Dejan Grech

 

 





Leave a comment