Joey Falzon coach ta’ Zejtun Corinthains

Saturday, June 18, 2011, 20:59

Wara l-ewwel laqgha tal-Kumitat Centrali l-gdid taz-Zejtun Corinthians FC saru numru ta’ hatriet hekk kif stipulat mill-istatut tal-istess club.  Barra minn dan inhatar ukoll coach gdid ghall-istagun 2011/2012.  Dan huwa s-Sur Joe Falzon li se jkun qed imexxi t-team tal-Corinthians fl-Ewwel Divizjoni.

L-ufficjali gew konfermati u allura Sean Abela nhatar bhala President tal-Club filwaqt li Carmelo Abela MP inhatar bhala Segretarju, PRO u Delegat tal-Club ghall-MFA.  Maurice Mifsud gie kkonfermat bhala l-Kaxxier.  Hatriet ohra kienu ta’ Vici President fejn inhatar Angelo Curmi, bhala Assistent Segretarju nhatar Richard Curmi li gie wkoll nominat bhala MFA Council Member u Moses Mercieca nhatar bhala Assistent Kaxxier.

Kevin Mifsud u Albert Cumbo nhatru bhala Delegati Sostituti ghall-MFA.  Dan tal-ahhar gie konfermat bhala t-Team Manager u Richard Curmi gie mahtur bhala Assistant Coach.





Leave a comment