Joe Fenech u Iggy Zammit b’sorpriża barra mill-kumitat ta’ Hamrun

Sunday, June 12, 2011, 19:16

minn Sandro Micallef

Hekk kif bejn il-bieraħ u llum saret l-elezzjoni għall-ħatra ta’ membri fi ħdan il-kumitat ċentrali ta’ Ħamrun Spartans, kien hemm sorpriżi kbar fejn żewġ individwi li ħadmu ħafna fl-aħħar sena Joe Fenech u Iggy Zammit baqgħu barra u ma’ telgħux bil-voti meħtieġa.

L-Istatut ta’ Hamrun jesiġi li ssir elezzjoni kull sena għal għaxar membri iżda ma jkunx hemm elezzjoni kull sena iżda kull tlett snin għall-President, Segretarju u Kaxxier. B’hekk President ġie kkonfermat Daniel Sullivan, Segretarju Sean Scicluna u Kaxxier Antoine Attard.

Ir-riżultat uffiċjali huwa dan t’hawn taħt:

Debattista Geatano 144
Abdilla Marco 143
Cuschieri Gaetano 141
Balzan Ruben 125
Borg Elton 122
Cutajar Alan 121
Cassar Victor 119
Borg Joe 118
Mallia Marco 117
Cristina Jason 115

Ma ġewx eletti f’din l-elezzjoni

Zammit Iggy 113
Fenech Joseph 56

B’hekk jirritorna fil-kumitat Gejtu Cuschieri magħruf bħala l-Ħajta u Joe Borg li żewġ staġuni ilu kien responsabbli mill-media ta’ dan il-Club. Mebru ġdid li qatt ma kien fil-kumitat hu Marco Abdilla li ġab it-teini l-iktar ammont ta’ voti wara l-ex President Gejtu Debattista.

Għadu mhux magħruf jekk Iggy Zammit u Joe Fenech humiex se jibqgħu joffru s-servizzi tagħhom bħala membri co-opted dan l-istaġun.





1 Comment

  1. Antoine attard says:

    Inkredibbli kif xi kultant f’elezzjoni ma ssirx gustizzja ma kandidat fuq ix-xoghol kbir li jkun wettaq dak li jkun [anke minn wara l-kwinti]; dawn l-affarijiet sfortunatament jigru f’elezzjonijiet anke tal-politika. Minn hawn jien nixtieq nirringazzja lil dawn iz-zewg t’ihbieb li jien ghandi unur li serejt maghhom fuq il-kumitat centrali tas-sena l-ohra. Ma nistax nifhem ghaliex il-klabb taghna hass li joqghod jaghti l-voti miksuba minn kull kandidat. din hija informazzjoni li tappartjeni biss il-membri u mhux il-pubbliku ingenerali fl-opinjoni tieghi.

    [Reply]

Leave a comment