Joe Abela jieħu post il-Vinċ

Tuesday, June 14, 2011, 16:54

minn Sandro Micallef

Floriana FC ħabbru li laħqet ftehim ma’ Joe Abela biex jibda jokkupa b’mod immedjat il-kariga ta’ Team Manager.

Joe Abela se jġieb miegħu snin ta’ esperjenza fit-tmexxija u l-organizazzjoni teknika ta’ skwadra fil-football Malti.

Il-kumitat ta’ Floriana FC huwa konvint li Joe Abela, flimkien mal-kowċ Michael Woods u l-kowċ tal-goalkeepers Roger Camilleri, għandu jservi ta’ akkwist importanti għall-istaff tekniku tal-klabb li qed jimmira li jkompli jibni fuq is-suċċessi li kiseb matul dan l-istaġun.

Ta’ min isemmi li Joe Abela hu furjaniż oriġinalment. Hu kien wieħed minn dawk li ġew ippuntati ħafna swabu fid-direzzjoni tiegħu wara l-bawxata li għamlu Birkirkara meta lagħbu ħames barranin fil-ground fil-konfront tas-semi finali tat-Trophy kontra Floriana FC. Joe Abela f’dik il-logħba kien fuq il-bank ħdejn Paul Zammit u lanqas hu ma kien induna b’dan l-iżball.





3 Comments

  1. ic-che says:

    jien hsibt li ga kien iffirma xhar ilu! :)  

    [Reply]

  2. Ray says:

    Merhba JOE ! Il-furjanizi kollha kuntenti bik ghax demmek ahdar bhall-taghna.

    [Reply]

  3. CENTEZ !!! says:

    welcome joe !!!

    [Reply]

Leave a comment