Jitwaqqaf rekord ġdid fil- HOS 10k Valletta Road Race

Wednesday, December 13, 2017, 14:22

Il-House of Sport 10k Valletta Road Race hija meqjusa bħala waħda mill-isbaħ, iżda wkoll waħda mill-iktar iebsin fis-Serje. Ir-rotta hija kkategorizzata bħala waħda bl-għoljiet impejnattivi u mhuwiex ta’ sorpriża li bosta mill-atletli jibżgħu xi ftit minnha.

Minkejja dan, din ir-rotta li hija m iżmuma taħt l-awspiċji tal-Malta Amateur Athletics Association, tibqa tattira numru sabiħ ta’atleti, b’żieda ta’ kważi mitt atleta mill-edizzjoni preċedenti.

Fost il-kważi tliet mitt atleta li ħadu sehem kmieni nhar il-Gimgha filgħodu, il-favoriti kienu Charlton Debono u Lisa Bezzina, li s’issa għandhom ir-rekord ta’ numru ta’rebħiet fis-Serje ta’ din is-sena.

Lisa Bezzina kienet determinata li tikser ir-rekord tal-korsa li stabbilixxiet hija stess fl-2016. Id-determinazzjoni ta’ Bezzina rriżulta, li mhux biss rebħet it-tellieqa iżda ukoll reġistrat rekord iehor b’kważi tnaqqis ta’minuta – ħin ta’37 minuta u 33 sekonda. L-eqreb kontendent għar-rebħa, Josann Attard Pulis rreġistrat ħin ta’ 40 minuta 5 sekondi. Minkejja li ma kienx l-aħjar ħin tagħha fuq ir-rotta, Attard Pulis rreġistrat titjib fuq il-ħin preċedenti tagħha. Prestazzjoni notevoli ġiet irreġistrata minn Jolene Debattista. Debattista li ħadet sehem fit-tliet edizzjonijiet ta ‘din it-tellieqa, naqqset kważi ħames minuti mill-ħin oriġinali tiegħha biex tieħu it-tielet post f’45 minuta 21 sekonda.

Ir-rekord ta’ Charlton Debono kien mhedded serjament bil-prestazzjoni ta’ Mohammed Nuradin Shifa. Dwel simili kienet esperjenzata fir-Rotta ta’Burmarrad tal-istess Serje, b’Shifa jirreġistra ħin qrib ta’ Debono. Mill-bidunett, iż-żewġ atleti kienu kważi ras imb’ras iżda kien fl-aħħar ftit mijiet ta ‘metri li Debono wera l-kompetenza tiegħu meta ta’sprint għal rebħa oħra, b’distakk ta’ biss tliet sekondi. It-tielet post daħal Matthew Scicluna, b’ħin ta’ 34 minuta u 52 sekonda.

Trofej u premjijiet ġew mogħtija lir-rebbieħa mid-Direttur tat-tellieqa is-Sur Charles Demanuele, immedjatament wara t-tellieqa. Dawn ingħataw fil-preżenza tar-rappreżentanti tal-House of Sport. It-tellieqa li jmiss ser tinżamm nhar il-Ħadd 14 ta’ Jannar.





Leave a comment