Jittellgħu l-Poloz tal-U*Bet FA Trophy

Wednesday, November 3, 2010, 13:44

minn Catherine Micallef.

Waqt konferenza stampa li saret iktar kmieni llum ġewwa s-Centenary Stadium f’Ta’ Qali, ġew imtella’ l-poloz tal-kompetizzjoni U*Bet FA Trophy kif ukoll ġie mħabbar li hemm ħsieb li l-format tal-U*Bet FA Trophy jinbidel mis-sena d-dieħla u jsir jixbah iktar il-format tat-trophy Ingliża.

Il-polza kkonfermat li l-unika logħba mir-round preliminari se tintlagħab bejn Pieta’ H. u Msida SJ nhar l-Erbgħa 10 ta’ Novembru fis-Centenary Stadium fis-7.30pm.

Il-poloz mill-ewwel round hekk kif ittelgħu llum l-Erbgħa 3 ta’ Novembru huma s-segwenti:

Marsaxlokk FC vs Mqabba FC

Balzan R. vs Tarxien R.

Hibernians FC vs Rebbieħ bejn Pieta H.-Msida SJ

Lija A vs Floriana FC

Hamrun S. vs Melita FC

Victoria H. vs Vittoriosa S.

Dingli S. vs Mosta FC

St. George’s FC vs St. Andrews FC

Dawn il-logħbiet se jintlagħbu bejn il-Ġimgħa 12 ta’ Novembru u l-Ħadd 14 ta’ Novembru ġewwa l-Victor Tedesco Stadium, Hibernians Stadium u s-Centenary Stadium.

Il-kwarti tal-finali ta’ din il-kompetizzjoni se jintlagħbu fit-18 u 19 ta’ Marzu 2011, is-semi finali fl-14 u fil-15 ta’ Mejju 2011 u l-finali se ssir il-Ħadd 22 ta’ Mejju 2011.

Fil-bidu ta’ din il-konferenza stampa, il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo ħabbar li mis-sena d-dieħla ġie ssuġġerit li l-format jinbidel u jsir jixbah lil dak tal-FA trophy Ingliża. Dan ifisser li kulħadd jidħol fl-urna u tittella’ l-polza. Jidher li dan il-format ġie aċċettat mill-klabbs u hemm feedback tajjeb mill-klabbs. Saret stedina wkoll lit-timijet Għawdxin biex b’hekk kulħadd jidħol fl-urna u trid tkun il-fortuna biex tipparteċipa fl-FA Trophy.

Darmanin Demajo saħaq fuq il-fatt li hemm bżonn isiru iktar faċilitajiet sportivi bħalma għadu kemm ġie inawgurat il-pitch tal-Gżira, filwaqt li dalwaqt se jkunu inawgurati dawk ta’ Mosta FC u Siggiewi. Qed issir ħidma wkoll fil-pitches ta’  Żejtun, Sirens, Xgħajra, Fgura u Żurrieq.

Dan kollu qed isir ukoll biex jitwettaq il-ħsieb li fil-futur jibda jintlagħab il-logħob kompetittiv f’dawn il-pitches ġodda. Il-President tal-MFA ikkonferma wkoll li d-dħul tal-gate money diġa beda jitqassam lil clubs. Semma wkoll il-ħsieb li l-kwartieri tal-YFA jiċċaqalqu u jkunu iktar viċin Ta’ Qali.





1 Comment

  1. Joe Cilia says:

    Meta qed nghidu li jixbah lit-trophy Ingliza qedin nghidu li kwalunkwe tim jippartecipa? Inkluzi dawk tal-Gida u l-amateur teams kolla ta Malta? Nispera li hu hekk ha tigi iktar interessanti!

    [Reply]

Leave a comment