Jittellgħu l-poloz tal-kampjonati tal-MFA 2011/12

Wednesday, July 20, 2011, 16:42

Ritratt - Domenic Aquilina / MFA

minn Cristian Muscat

L-Erbgħa wara nofsinhar ġewwa ċ-ċentru tal-Bank of Valletta ta’ Santa Venera ttellgħu l-poloz tal-kampjonati tal-MFA għall-kampjonat BOV Premier, Kampjonat BOV l-Ewwel Diviżjoni, Kampjonat BOV it-Tieni Diviżjoni kif ukoll tal-Kampjonat BOV it-Tielet Diviżjoni għall-istaġun 2011/12.

Il-poloz tal-ewwel ġurnata tal-Kampjonat BOV premier irriżultaw hekk:

Floriana vs Mqabba

Valletta vs Tarxien

Sliema vs Hibernians

Balzan vs Ħamrun

Marsaxlokk vs Mosta

Birkirkara vs Qormi

Il-Kampjonat BOV Premier se jkun qed jintlgħab f’żewġ fażijiet. L-ewwel fażi se tintghab fuq bazi ta’ żewg rawnds bejn 12 -il tim. Fl-aħħar tal-ewwel fażi, sitt timijiet se jkunu qed jilgħabu fiċ-Championship Pool u s-sitta l-oħra fir-Relegation Pool. Iż-żewg pools se jkunu wkoll qed jintlgħabu fuq żewġ rawnds. Żewġ timijiet se jiġu relegati fil-Kampjonat BOV l-Ewwel Diviżjoni. L-ewwel fażi tal-Kampjonat BOV Premier tibda fid-19 t’ Awwissu u tispiċċa fil-5 ta’ Marzu waqt li t-tieni fażi tal-istess kampjonat tibda fid-9 ta’ Marzu u tintemm fit-13 ta’ Mejju.

Waqt konferenza stampa li saret fl-istess post saru interventi mis-sur Bjorn Vassallo, Kap Eżekuttiv tal-Malta Football Association kif ukoll mis-Sur Tonio Depasquale, Kap Eżekuttiv tal-Bank of Valletta.





Leave a comment