Jittellgħu l-poloz tal-BOV Football League 2013/2014

Saturday, July 6, 2013, 13:33

Il-poloz tal- BOV Football Leagues għall-istaġun 2013/2014 telgħu fil-preżenza talKap tal-Eżekuttiv tal-Malta Football Association, Bjorn Vassallo flimkien taċ-Chief  Officer fi ħdan il-Bank of Valletta Michael Galea.

Bjorn Vassallo qal li “Ftit ġimgħat wara tmiem eċċitanti għall-istaġun 2012-13, issa wasal iż-żmien biex jittellgħu l-poloz tal-leagues nazzjonali wara li l-poloz tal-BOV Premier league ittellgħu waqt l-MFA Awards f’nofs Ġunju”.

Hu qal li l- Malta Football Association hija kommessa li tkompli bir-riformi fil-futbol lokali bl-għan aħħari li tgħin l-klabbs jiksbu stabilita’ finanzjarja soda biex b’hekk itejbu l-livell tal-logħob. L-Assoċjazzjoni tawgura li l-popolarita’ tal-futbol lokali tkompli tikber kemm fuq il-livell ta’ grassroots kif ukoll fuq livell internazzjonali. Is-Sur Vassallo irringrazzja lill-sponsors tal-assocjazzjoni kif ukoll l-partners kummerċjali biex jinvestu fir-risorżi għal ġid tal-futbol Malta. “Bank of Valletta dejjem kienu fuq quddiem u flimkien tal-MFA qed jilħqu l-opportunitajiet b’mod pożittiv”.

“Bank of Valletta huwa sinonimu mal-futbol lokali, tant lid an l-istaġun ser ikun iddisa wieħed in fila li ser ikollu l-appoġġ tal-Bank of Valletta,” qal is-Sur Michael Galea “Aħna ninsabu kunfidenti li l-appoġġ tagħna qed jikkontribwixxi b’mod dirett fl-iżvilupp tal-logħba kif jidher mir-riżultati miksuba kemm fil-kompetizzjonijiet Ewropej millklabbs kif ukoll mit-tim nazzjonali”.‘Fi żmien xahar niltaqgħu f’ Ta’ Qali għal BOV Super Cup”, kompla jgħid is-Sur Galea. “Aħna ninsabu ċerti li l-istagun il-ġdid ser jkun wieħed kompettiv u eċċitanti daqs l-aħħar wieħed u s-supporters ser jerġgħu jkollhom spettaklu ieħor.”

Il-poloz tal-BOV National Football Leagues kif ittellgħu:

BOV Premier League

L-ewwel partiti jintlaghbu fis-17 t`Awwissu 2013

Matchday 1 SLIEMA W.

vs

QORMI
Matchday 1 RABAT A.

vs

BIRKIRKARA
Matchday 1 NAXXAR L.

vs

FLORIANA
Matchday 1 VITTORIOSA S.

vs

BALZAN
Matchday 1 TARXIEN R.

vs

HIBERNIANS
Matchday 1 VALLETTA

vs

MOSTA

 





Leave a comment