Jittellgħu l-poloz tal-BOV Basketball Knockout

Saturday, October 25, 2014, 18:42

Waqt stqarrija għall-istampa li saret fil-Padiljun tal-Baskitbol ġewwa Ta’ Qali, ittellgħu l-poloz tal-Kompetizzjonijiet BOV Basketball Knockout għall-Ewwel u t-Tieni Diviżjoni tal-Irġiel.

F’kull diviżjoni ser ikunu qed jieħdu sehem sitt timijiet, b’erba’ timijiet ser ikunu qed jilagħbu fil-kwarti tal-finali waqt li żewġ timijiet oħra javvanzaw direttament għas-semi finali. Fl-ewwel diviżjoni, it-tim rebbieħ u t-tim li ġie fit-tieni post fil-kompetizzjoni tas-sena li għaddiet, Athleta u Depiro ser ikunu qed jgħaddu mill-ewwel għas-semi finali, waqt li fit-tieni diviżjoni, ser ikunu qed jittellgħu bil-polza dawk it-timijiet li ser jgħaddu.

Il-programm tal-logħob ittella’ minn Paul Sultana, President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Baskitbol u Peter Perotti, Chief Officer ta’ Bank of Valletta.

‘Ninsabu ħerqana għal staġun ieħor ta’ baskitbol eċitanti, inkluż il-kompetizzjonijiet knockout li huma mfittxija ħafna’ qal Peter Perotti. ‘Il-BOV Basketball Arena, li tagħmel parti mill-kollaborazzjoni bejn BOV u l-MBA issa bdiet tintuża filwaqt li qed isservi wkoll ta’ spazju fejn isir it-taħriġ biex b’hekk tippromwovi dejjem aktar it-talent Malti tal-baskitbol.’

‘L-istaġun li għadda, rajna żieda sostanzjali fl-attendenza tal-ispettaturi għal-logħob tal-baskitbol, xhieda ta’ interess dejjem jiżdied fil-logħba tal-baskitbol’ qal is-Sur Sultana. ‘Ninsabu kunfidenti li din ser tibqa’ tiżdied u b’hekk tinħoloq atmosfera eċitanti waqt il-logħob’.

Il-programm tal-logħob tal-Kompetizzjoni BOV Basketball Knockout 2014/15 huwa :





Leave a comment