- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Jittellgħu il-poloz tal-Kompetizzjonijiet BOV GFA

Posted By Sportinmalta On August 6, 2018 @ 10:09 am In Featured,Football | No Comments

Il-poloz tal kampjonati BOV GFA Leagues u l-BOV GFA Cup 2018-2019 ġew imtella ‘waqt konferenza stampa li ttellgħet fl-uffiċċji tal-Gozo Football Association. Il-Poloz ittellgħu minn Horace Laudi, Eekuttiv għal Għawdex fi ħdan il-Bank of Valletta u Samuel Azzopardi, President tal-Gozo Football Association.

Dr Azzopardi irringrazzja lill-Bank of Valletta għall-appoġġ kontinwu tiegħu u qal “Iż-żieda fl-interess fil-futbol f’Għawdex hija katalista għall-entużjażmu tal-klabbs, il-plejers u l-kumitati tagħhom. Iffirmar interessanti ta’ plejers matul is-sajf se jiżgura staġun eċċitanti ieħor fl-isport ewlieni f’Għawdex’.

“L-ewwel ġurnata tal-istaġun se tara ċ-Champions renjanti Victoria Hotspurs li qed jiffaċċjaw lin-Nadur Youngsters li spiċċaw fit-tieni l-istaġun li għadda, u gur se tagħti bidu sabiħ għall-istaġun’ ikkonkluda l-President tal-GFA.

‘F’dawn l-aħħar staġuni rajna titjib konsiderevoli fil-livell tal-footbal Għawdxi u aħna kburin li se nerġgħu inkunu s-sieħeb ewlieni tal-Gozo Football Association” qal is-Sur Laudi. “Nieħu dil-opportunità biex nirringrazzja lill-kumitati kollha tal-klabbs kif ukoll lill-GFA li jiddedikaw il-ħin u l-enerġija tagħhom biex jagħmlu dawn il-kompetizzjonijiet possibbli”.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/jittellghu-il-poloz-tal-kompetizzjonijiet-bov-gfa/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.