Jitlaqqa’ l-ewwel kumitat eżekuttiv il-ġdid tal-Għaqda Ġurnalisti Sports

Saturday, August 12, 2017, 17:03

Wara li saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports, tlaqqa’ uffiċjalment l-ewwel Kumitat Eżekuttiv il-ġdid li kien elett għall-perjodu 2017-21.

Hekk kif sar f’dawn l-aħħar erba’ snin l-ewwel laqgħa tal-kumitat wara l-laqgħa ġenerali annwali din is-sena wkoll saret f’Għawdex, fejn l-eżekuttiv tal-GħĠS ħa l-opportunita’ sabiex għamel żjara ta’ koretesija lill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana.
Fost l-aġenda tal-ewwel laqgħa tal-kumitat eżekuttiv il-ġdid kien hemm diversi materji ta’ diskussjoni importanti fosthom ir-relazzjoni mal-assoċjazzjonijiet sportivi, l-ħidma ta’ preparazzjoni għall-Isportivi Nazzjonali tas-sena 2018 u r-responsabilitajiet li kull membru tal-kumitat kien se jingħata għall-erba’ snin li ġejjien.
Fil-ftuħ tal-laqgħa l-President il-ġdid Sandro Micallef irringrazzja lill-membri kollha tal-impenn tagħhom fi ħdan l-Għaqda Ġurnalsiti Sports. Hu tenna li daħal għall-dan l-imepnn fil-kariga ta’ President sabiex ikompli jaħdem fuq il-ġid li sar fl-aħħar 46 sena kemm ilha mwaqqfa l-Għaqda Ġurnalsiti Sports.
Hekk kif jitlob l-istatut tal-GħĠS fl-ewwel laqgħa ordinarja kellhom ikunu appuntati l-karigi ta’ Viċi President u l-Assistenti tal-uffiċjali kif ukoll ikunu diskussi xi co-options.
Wara vot unanimu l-ġurnalsit ta’ One Sport Clinton Buhagiar ġie maħtur bħala Viċi President filwaqt li l-ġurnalist ta’ TVM Sport Antvin Monseigneur ukoll b’vot unanimu ġie maħtur Segretarju Oraganizattiv sabiex jgħin fl-operat tal-Għaqda. Din il-kariga mistennija tkun ratifikata b’mod uffiċjali f’laqgħa ġenerali straordinarja aktar ‘il quddiem.
Il-Ġurnalist tal-Union Press u Media Today Cristian Muscat u l-korrispondent tal-football f’Għawdex Mark Cini ġew unaniment approvati bħala membri co-opted fil-Kumitat.
Preżenti għal din l-ewwel laqgħa kien hemm ukoll Charles Camenzuli President tal-AIPS Europe u Viċi President tal-AIPS li fl-aħħar laqgħa ġenerali annwali flimkien maż-żewġ eks Presidenti tal-GħĠS Fr Hilary Tagliaferro u Henry Calejja ġew maħtura bħala Presidenti Onorarji.




Leave a comment