Jitkompla t-taħriġ fil-Hibernians Basketball Nursery

Friday, September 9, 2016, 23:00

L-attività fil-Hibernians Basketball Club & Nursery ma’ waqfitx u matul is-sajf kompla t-taħriġ. ‘Il fuq minn 60 tifel u tifla attendew it-taħriġ tas-sajf fil-Padiljun ta’ Kordin. Matul it-taħriġ attenda wkoll Kurt Cassar, il-plajer ta’ 17-il sena li hu prodott tal-Hibernians Basketball Club and Nursery, li kien qed iqatta’ l-vaganzi tiegħu f’pajjiżna.

Intant, il-Hibernians Basketball Club & Nursery ser tiftaħ staġun ieħor tal-Basketball nhar is-Sibt 17 ta’ Settembru 2016 fil-Padiljun ta’ Kordin.

Tfal li twieldu bejn is-snin 2007 u 2011 ikollhom it-taħriġ mid-9am sal-10.30am, filwaqt li tfal ta’ bejn l-2005 u 2006 ikun bejn il-10.45am and 12.15pm.

Il-Hibernians Basketball Nursery temfasizza fuq taħriġ mill-aktar adekwat minn kowċis kwalifikati. L-għan hu li tfal jitħarrġu kemm f’ħiliet fiżiċi u f’ħiliet ta’ Basketball.

Aktar informazzjoni emejl lil coachsilvio15@gmail.com jew ċemplu fuq 79994729.





Leave a comment