Jitkompla l-kampjonat tal-iSWAN

Monday, February 28, 2011, 18:14

Nhar is-Sibt kompla l-istagun tal-Fahrenheit Freight Forwarders Swan Amateur Football Association Leagues fejn taht xita qalila saru tlett lobghiet tal-ewwel divizjoni kif wkoll lobgha tat- tieni divizjoni. Gewwa l-grawnd ta’San Gwann Ta’ Giorni Wolves ghelbu lill-Tarxien AFC bl-iskor ta’ 4-0 biex izommu naqra tghama li fadal li jilhqu lill-leaders Senglea Gunners Tuttosport li jinsabu fl-ewwel post, waqt li- Versity tal-Qroqq Kasco AFC xejnu l-isfida ta’ Sliema Rangers bl-iskor ta’ 4-1, u b’hekk l-Versity Kasco huma certi li fl-istagun li jmiss jergghu jilghabu fl-ewwel divizjoni waqt li Sliema Rangers jibqghu fl-ahhar tal-klassifika u jidhru ikkundannati li l-istagun li gej jilghabu fil-kampjonat tat-tieni divizjoni. Gewwa l-grawnd ta’ Tarxien Senglea Gunners Tuttosport rebhu bl-iskor minimu ta’ 1-0 lil-Marsa Baxter biex resqu vicin li jirbhu l-kampjonat tal-ewwel divizjoni fejn jonqoshom jakkwistaw punt wiehed biss mil-ahhar zewg lobghiet biex ikunu dikkjarati Champions. Fl-unika partita tat-tieni divizjoni Poala Peococks Nexia ghelbu lill-Zejtun AFC bl-iskor ta 2-1.
 
Fil-partita tal-gurnata Senglea Gunners Tuttosport irnexxilom jerbhu lill-Marsa Baxter bl-iskor ta 1-0 biex resqu vicin ir-rebh tal-kampjonat. Il-lobgha kienet fem kumbattuta fejn fl-ewwel taqsima il-loghob kien maqsum. Marsa Baxter kienu vicin li jifthu li iskor darbtejn fl-ewwel taqsima izda l-goalkeeper ta’ Senglea ghalaq il-lasti sewwa waqt li Senglea kienu vicin li jiskurjaw permezz ta’ Marmara li minn freekick laqat il-lasta l-mimduda. Fit-tieni taqsima Senglea hargu aktar determinati biex jakwistaw it-tlett punti fejn kienu perikoluzi f’diversi azzjonijiet. Il-gowl tal-partita wasal fl-ghaxar minuta ta-tieni taqsima min Eric Saliba. Senglea baqaw fuq l-attakk sal-ahhar ificcu it-tieni gowl biex jaccertaw ruhom mir-rebha izda l-iskor baqa dak ta 1-0 wara li –goalkeeper tal-Baxter wettaq diversi saves stupendi. Kif saffar tmiem il-partita il-plejers u l-partitarji ta’ Senglea Gunners Tuttosport kienu entusjasti minhabba li issa huma vicin ir-rebh tal-kampjonat u jkun difficli li jitilfuh. Referee: Joe Camilleri
 
Fl-ewwel partita gewwa San Gwann, Ta’ Giorni Wolves ghelbu lill-Tarxien AFC bl-iskor ta’4-0 b’zewg gowls kull  taqsima. Ta’ Giorni Wolves fethu l-iskor fl-14 il-minuta permess ta’ Jesmond Bartolo. Fil-24 minuta ta’ Giorni skurjaw it-tieni gowl taghhom permezz ta’ Nigel Zerafa, biex ghalqu l-ewwel taqsima bl-iskor ta’ 2-0. Fit-tieni taqsima Neville Zahra skorja zewg gowls ohra ghal ta’ Giorni fil 65 u 68 il-minuta biex ghamlu l-iskor 4-0. Tarxien ftit li xejn dehru f’din il-lobgha u zgur li jridu jaghmlu aktar fl-ahhar zewg lobghiet taghhom biex jittamaw li  jibqghu fl-ewwel divizjoni l-istagun li gej. Referee: Peter Abela
 
Fit-tieni partita gewwa San Gwann, Versity tal-Qroqq Kasco AFC ghelbu lill-Sliema Rangers bl-iskor ta’ 4-1 biex accertaw ruhom li l-istagun li gej jibqghu fl-ewwel divizjoni. Zgur li l-Versity Kasco AFC fl-ewwel stagun taghhom fl-ewwel divizjoni kienu s-sorprisa fil-kampjonat tal-ewwel divizjoni fejn jinsabu fit-telet post zewg punti biss taht Ta’ Giorni li jinsabu fit-tieni post.  Versity Kasco AFC fethu l-iskor fl-ewwel sekondi tal-partita fejn min ballun mitluf mid-difiza ta’ Sliema Rangers, Roberto Schembri akkwista l-ballun u fahhar xutt min barra l-kaxxa biex fetah l-iskor. Sliema Rangers dehru mahsudin u l-Versity Kasco baqghu jafsu u jipruvaw jirdupjaw permezz ta’ xuttijiet min barra l-kaxxa. F’ nofs l-ewwel taqsima Sliema Rangers hargu min qoxra taghhom u bdew ikunu perikoluzi izda d-difiza ta’ tal-Versity xejnet it-tenattivi ta-Rangers permezz ta Bonanno u l-Captain Grima. Fit-tieni taqsima l-Versity hargu fuq l-attakk u rnexxilhom jirdupjaw fil-45 minuta permezz ta’ Aaron Sammut li wahdu quddiem il-gowler avversarju ma falliex. It-tielet gowl wasal fuq azzjoni personali ta Claude Spiteri li min azzjoni fil-lemin dahal tajjeb fil-kaxxa u skurja bejn il-gowler u l-ewwel lasta; biex Jacques Ellul Soler skorja r-raba gowl fis-sittin minuta min freekick. Fil-65 minuta gie mhassar l-hames gowl tal-Versity li kien skurjat mis-sostit Philip Zammit li wara li qabez plejer skorja izda l-linesman gholla l-bandiera ghal-offside. Il-gowl tal-bandiera tas-Sliema wasal  fl-ahhar minuta tal-partita permezz ta’ Robert Farrugia min penalty moghti mir-Referee Lorry Sammut ghal handsball fil-kaxxa.
 
Fl-unika partita tat-tieni divizjoni Paola Peacocks Nexia ghelbu lill-Zejtun AFC bl-iskor ta’ 2-1. Elton Zammit fetah l-iskor ghal-Paola fl-ghoxrin minuta u spiccaw l-ewwel taqsima bil-vantagg ta 1-0. Fit-tieni taqsima Zejtun hargu fuq l-attakk u kiesbu d-draw fil-50 minuta permezz ta’ Glenn Balzan. Paola skurjaw il-gowl tar-rebha fis-60 minuta permezz ta’ Wayne Gatt; biex b’din ir-rebha Paola Peococks Nexia qabzu lill-istess Zejtun AFC fil-klassifika. Referee: Ray Tabone.
 
Il-kampjonat tal-Fahrenheit Freight Forwarders Swan Amateur Football Association mistenni jkompli fit-12 ta’ Marzu wara l-waqfa fil-weekend tal-Karnival.





1 Comment

  1. sav1our says:

    Proset tal info fuq li Swan League. Keep it up.
    Thanks.

    [Reply]

Leave a comment