Jitilgħu l-poloz tan-KO tal-MESA. Aġġornament dwar Sport ieħor

Monday, March 14, 2011, 20:26

MALTA EMPLOYEES SPORTS ASSOCIATION

Nhar it-Tnejn ġew imtella’ l-poloz tar-Round Preliminari tan-Knock-Out tal-Football waqt laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-MESA. Il-Kumitat qabel illi f’dan ir-Round Preliminari jieħdu sehem it-teamijiet kollha tat-II u t-III Diviżjoni flimkien ma’ l-aħħar żewġ teamijiet li hemm fil-klassifika ta’ l-I Diviżjoni – b’kollox 16-il team li minnhom joħorġu tmien teamijiet biex flimkien mat-tmien teamijiet l-oħra ta’ l-I Diviżjoni jilgħabu fl-I Round tan-Knock-Out bil-logħob ikompli sal-Finali.

Il-poloz irriżultaw hekk:

MEPA v Govt Property Department

Air Malta v Govt Printing Press

SVPR v MRRA (Agrikoltura)

HSBC v Civil Protection

Pulizija B v Customs

MRRA (Riżorsi) v Central Bank

WSC v Universita’

Enemalta v Maltapost

Dan il-logħob għandu jintlagħab bejn it-Tnejn u l-Ħamis, 25-28 ta’ April 2011. Il-fixtures bid-dati eżatti ta’ kif se jintlagħbu jitħabbru fil-jiem li ġejjin.

ATLETIKA U INDOOR SPORTS

 Waqt l-istess laqgħa ta’ nhar it-Tnejn, il-Kumitat iddiskuta d-dati tal-ġirja atletika u l-indoor sports u wasal għal dawn id-dati:

Atletika – Huwa ppjanat li ssir ġirja ta’ ħames kilometri nhar il-Ħamis, 12 ta’ Mejju 2011 fis-2.30 p.m. fit-triq tas-Salina, l-istess post fejn saret tiġrija simili għall-ewwel darba s-sena li għaddiet.

Bowling – It-Tournament tal-Bowling se jsir nhar il-Ħamis, 21 ta’ April 2011 fl-Eden Super Bowl, Paceville. Din is-sena hemm il-ħsieb li t-teamijiet ikunu ta’ tliet players flok erbgħa, u l-punti miksuba mill-players jgħoddu kemm għat-team event kif ukoll għall-individual event.

Darts – It-Tournament tad-Darts se jsir nhar il-Ġimgħa, 15 ta’ April 2011 fil-Juventutis Domus, iż-Żejtun. Bħas-soltu dan ikun maqsum fuq event individwali u ieħor għat-teamijiet, b’kull team iffurmat minn tliet players.

Snooker – Minħabba li s-Snooker jieħu aktar żmien, dan se jkun maqsum fuq jumejn, li anke jistgħu jiżdiedu skont iċ-ċirkostanzi. It-Tournament għat-teamijiet jintlagħab it-Tnejn, 4 ta’ April, filwaqt li dak individwali jsir il-Ġimgħa, 8 ta’ April, bil-logħob kollu jintlagħab l-Anglo-Maltese League, il-Belt Valletta.

Għadhom qed isiru arranġamenti rigward it-Tournaments tal-Pool u t-Table Tennis. Aktar dettalji jkunu jistgħu jingħataw fil-jiem li ġejjin. Infakkru illi fl-indoor sports, it-tournaments jibdew fis-1.30 p.m. u jistgħu jitkomplew f’xi jum ieħor jekk jieħdu aktar ħin milli mistenni.

F’dawk li huma ħlasijiet ta’ parteċipazzjoni, il-ħlas fuq bażi ndividwali huwa ta’ €7 għal kull persuna kemm fl-atletika kif ukoll fl-indoor sports, waqt li l-ħlas fuq bażi ta’ teamijiet huwa ta’ €47 kull team.

Min ikun irid aktar informazzjoni għandu jikkuntattja lis-Segretarju fuq Tel. No. 25982423 jew Mob. No. 99461698 jew email mario.a.saliba@gov.mt.





Leave a comment