Jitilgħu l-poloz tal-Kompetizzjonijiet tal-BOV Basketball Knockout

Wednesday, November 8, 2017, 15:24

Il-poloz tal-Kompetizzjonijiet tal-BOV Basketball Knockout tal-Ewwel Diviżjoni tal-Irġiel u tal-Kampjonat tad-Dilettanti tal-BOV ittellgħu matul konferenza stampa li saret fil-Padiljun tal-Basketball f’Ta’ Qali. Il-poloz ittellgħu minn Paul Sultana, il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball, u minn Peter Perotti, Uffiċjal Kap tal-Personal Banking fil-Bank of Valletta.

Ħames timijiet qed jikkontestaw il-kompetizzjoni tal-Ewwel Diviżjoni, b’żewġ timijiet jgħaddu għall-kwarti tal-finali, bir-rebbieħ ta’ bejniethom jingħaqad mal-erba’ timijiet l-oħra fis-semi-finali. Il-Kampjonat tad-Dilettanti tal-BOV din is-sena se jkun magħmul minn disa’ timijiet b’żewġ timijiet jikkontestaw ir-rawnd tas-16 qabel jingħaqdu mat-timijiet l-oħra fil-kwarti tal-finali. Il-finali taż-żewġ kompetizzjonijiet se jsiru fil-31 ta’ Marzu 2018.

Filwaqt li awgura lill-MBA għall-Padiljun il-ġdid, Peter Perotti qal, ‘Aħna dejjem nilqgħu l-kompetizzjonijiet tal-BOV Knockout b’entużjażmu minħabba l-intensità tal-kompetizzjoni. Il-Bank of Valletta huwa sostenitur ewlieni tal-inizjattivi sportivi f’Malta u ilu sieħeb tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball għal żmien twil.’

Il-poloz għall-Kompetizzjonijiet tal-BOV Basketball Knockout telgħu kif ġej:





Leave a comment