Jitħabbru r-rebbieha tad-Disa’ Edizzjoni – Malta Football Awards

Friday, June 4, 2010, 12:04
Ir-Rebbieħa kollha tad-Disa' edizzjoni ma' Clyde Puli Segretarju Parlamentari Żgħażagħ u Sport

Ir-Rebbieħa kollha tad-Disa' edizzjoni ma' Clyde Puli Segretarju Parlamentari Żgħażagħ u Sport

L-Erbgħa filgħaxija,  il-lukanda Grand Hotel Excelsior rat diversi players, uffiċjali, coaches u mistiedna oħra jattendu għad-9 Edizzjoni tal-Melita Malta Football Awards. F’serata ta’ madwar 3 sigħat li kienet imxandra live fuq Melita Sports u li kienet ippreżentata mill-ġurnalista sportiva Catherine Micallef u l-ex goal keeper Saviour Darmanin, tħabbru r-rebbieħa tad-9 Edizzjoni ta’ dawn il-Football Awards li ilhom jittellgħu sa mis-sena 2002. Sandro Micallef, Chairperson tal-Kumitat Organizzattiv ta’ dawn l-awards stqarr li jinsab kuntent bl-attendenza u bl-entużjażmu li kull sena joħolqu dawn l-awards. Micallef feraħ lir-rebbieħa kollha u lill-finalisti kollha li spiċċaw mal-ewwel tlieta f’kull kategorija. Għal kull kategorija vvutaw il-ġurnalisti u 3 membri tal-klabb – President / Uffiċjal tal-Klabb, Coach u Captain tat-tim.

Ir-Rebbieħa tad-Disa’ Edizzjoni huma s-segwenti:

 

L-AQWA DIFENSUR KAMPJONAT BOV PREMIER    
     
RAMON DOS SANTOS QORMI FC  
     
L-AQWA ATTAKKANT KAMPJONAT BOV PREMIER    
     
CAMILO DA SILVA SANVEZZO QORMI FC  
     
L-AQWA PLAYER VETERAN ’IL FUQ MINN 35 SENA  KAMPJONAT BOV PREMIER    
     
GILBERT AGIUS VALLETTA FC  
     
L-IKTAR ŻAGĦŻUGĦ PROMETTENTI KAMPJONAT BOV PREMIER    
     
ROWEN MUSCAT BIRKIRKARA FC  
     
     
L-AQWA PLAYER MALTI KAMPJONAT BOV PREMIER    
     
TREVOR CILIA BIRKIRKARA FC  
     
L-AQWA COACH KAMPJONAT BOV PREMIER      
     
PAUL ZAMMIT BIRKIRKARA FC  
     
L-AQWA MIDFIELDER KAMPJONAT BOV PREMIER    
     
SHAUN BAJADA BIRKIRKARA FC  
     
L-AQWA GOALKEEPER KAMPJONAT BOV PREMIER    
     
ANTHONY CURMI TARXIEN R.  
     
     
L-AQWA PLAYER BARRANI KAMPJONAT BOV PREMIER    
     
DENNI ROCHA DOS SANTOS TARXIEN R.  
     
     
     
L-AQWA PLAYER KAMPJONAT BOV L-EWWEL DIVIŻJONI    
     
MARTIN DEANOV MARSAXLOKK FC  
     
L-AQWA PLAYER KAMPJONAT BOV IT-TIENI DIVIŻJONI    
     
ANATOLE DEBONO ST.ANDREWS FC  
     
L-AQWA PLAYER KAMPJONAT BOV IT-TIELET DIVIŻJONI    
MALCOLM TIRCHETT LUQA SA  
     
L-AQWA PLAYER KAMPJONAT NISA’ L-EWWEL DIVIŻJONI    
     
SONIA FARRUGIA SLIEMA RAIDERS  
JOSLENE GAFA` GOZO FC  
     

Daniel Bogdanovic ftit ħin qabel ma ħabbar uffiċjalment li ffirma tlett snin ma' Sheffield Utd

Daniel Bogdanovic ftit ħin qabel ma ħabbar uffiċjalment li ffirma tlett snin ma' Sheffield Utd

   
     
     
     
L-AQWA PLAYER KAMPJONAT FUTSAL L-EWWEL DIVIŻJONI    
     
ANTON FLORIN ZC EXCESS  
     
L-AQWA PLAYER KAMPJONAT GFA MELITA L-EWWEL DIVIŻJONI    
     
JEAN PAUL GRIMA  VICTORIA HOTSPURS  
     
     
     
     
L ISBAĦ GOAL TAL-ISTAĠUN KAMPJONAT BOV PREMIER    
     
     
NJONGO PRISO` VALLETTA FC    
23/04/2010 Valletta vs Sliema 66′    
     

 

Michael Mifsud jirċievi l-Award Speċjali mingħand Alan Cutajar (xellug) u Sandro Micallef

Michael Mifsud jirċievi l-Award Speċjali mingħand Alan Cutajar (xellug) u Sandro Micallef

L-Award għall-Isbaħ Goal tal-Istaġun ġie vvutat mill-pubbliku permezz ta’ SMS fuq 5061 4914 kif ukoll minn 100 persuna preżenti fis-sala permezz ta’ live voting system. Bħal kull sena, il-Kumitat Organizzattiv tal-Malta Football Awards jaħseb biex  jingħataw ukoll awards speċjali – l-Award għall-Karriera din is-sena miss lil Alfred Mizzi u ingħataw awards speċjali lil tliet players li dan l-istaġun kienu strumentali għat-tim tagħhom – Daniel Bogdanovic li kkonferma waqt is-serata li ffirma kuntratt ta’ 3 snin ma’ Sheffield United u Andrei Agius, u award lill-iktar player li qatt skorja goals man-Nazzjonal -  Michael Mifsud bir-rekord ta’ 24 goal.

Ritratti ta’  l-Awards kollha minn fuq is-sit uffiċjali www.maltafootball.com/awards





1 Comment

  1. valletta fc says:

    ta dahk dawn awards !!!!

    mela aktar player li skurja f,mlata huwa terrence scerri u kolla skurjahom minghaj ma ta penalty wiehed u camillo spicca top scorer fuq terence biss bis sahha ta penalties biss xi 5! jew aktar min hekk, imma halijja din . imma ta misthija biex umbghad mhux talli ma jkunx fost il favoriti imma lanqas ma finalisti!!!

    u xi najdu ghad difiza u attakk meta kulhadd jaf li aqwa attak u difiza kienet ta belt bil fatti! statistika titkellem wahida u ma jerga ikun hemm hadt finalista jew jerbaha!! AWARDS FAZZULLI BIL KAMPJONAT BKOLLOX !! dik ironija

    [Reply]

Leave a comment