Jissokta d-dominju ta’ Gżira Ahleta

Tuesday, February 7, 2017, 19:06

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Starlites 57

Siġġiewi St. Nicholas 78

(13-20)(12-23)(16-20)(16-15)

Siġġiewi St. Nicholas komplew isaħħu t-tieni post tal-klassifika meta kisbu s-sitt rebħa tal-kampjonat kontra Starlites 66-46. Starlites kienu mingħajr Ryan Carabott u Quentin Bugeja fil-waqt li Siġġiewi kellhom nieqsa lil Svens Niedritis u Reno Camilleri però rkupraw lil JP Antoncic. Siġġiewi bdew tajjeb u ħadu vantaġġ ta’ 7-2 bil-punti ta’ Hubert Agius u Keith Scicluna. Starlites wieġbu bil-punti ta’ Miguel Falzon u Nicola Stankovic qabel ma Siġġiewi għamlu run oħra ta’ 7-2 biex temmew it-taqsima 20-13 minn fuq. Fit-tieni perjodu Siġġiewi ftit taw spazju lil Starlites biex jersqu viċin hekk kif tul it-taqsima kellhom runs qosra hekk kif Roberto Alosco u Scicluna kellhom diversi punti. Fl-intervall Siġġiewi kienu 43-25 minn fuq.

Fit-tielet taqsima Starlites bdew bi break ta’ 7-2 minn Stankovic u Alex Xuereb biex reġgħu naqqsu d-distakk. Siġġiewi wieġbu bi trippla ta’ Alosco u punti minn Konstantinos Arvanitakis hekk kif għamlu run ta’ 13-4 u kabbru l-vantaġġ għal 22 punt 63-41. L-aħħar taqsima kienet l-aktar waħda bilanċjata hekk kif Starlites kellhom it-three pointers tad-debuttant żagħżugħ Ian Felice Pace flimkien ma’ Mirco Azzopardi u Alex Cutajar. Siġġiewi kellhom il-punti ta’ Gabriel Agius u Jonathan Camilleri biex huma baqgħu fil-kontroll u rebħu l-partita 78-57.

Starlites: A. Barthet, M. Azzopardi 9, L. Vella 2, A. Xuereb 6, M. Vella, M. Falzon 11, I. Felice Pace 6, N. Stankovic 14, A. Vella Cardona, A. Cutajar 7, M. Farrugia 2.

Siġġiewi St. Nicholas: L. Grech 4, JP Antoncic 6, K. Scicluna 12,  H. Agius 9, G. Agius 14, R. Alosco 17, R. Camilleri, J. Camilleri 11, K. Arvanitakis 5.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Igor Marjanovic.

Mellieħa Tritones 54

Gżira Athleta 90

(11-35)(9-32)(8-11)(26-12)

Gżira Athleta komplew bid-dominju indiskuss tagħhom fil-kampjona

Ritratt: Wally Galea

t tat-tieni diviżjoni meta għelbu lil Mellieħa Tritones 90-54 għall-għaxar rebħa tagħhom minn daqstant partiti. Iż-żewġ timijiet kellhom diversi players neqsin fosthom l-aħwa Aquilina fuq iż-żewġ naħat. L-ewwel sessjoni ftit kien fiha storja hekk kif Athleta bdew b’diversi punti speċjalmnent minn Kwame Thompson, Stefan Vincic u Nathan Xuereb b’dan tal-aħħar ikollhu tlett three pointers. Athleta kellhom żewġ runs qawwija ta’ 18-2 u 15-2 għal skor ta’ 35-11. L-andament tal-partita baqa’ l-istess ankè fit-tieni taqsima fejn Mellieħa dehru mfixkla kontra l-qawwa tal-Athleta li bdew b’run oħra ta’ 10-0 minn Thompson u Xuereb. Wara l-ewwel basket ta’ Mellieħa minn Daniele Miani, Thompson kompla b’sitt punti oħra qabel ma Robert Loporto għamel trippla għal Mellieħa. Hawn Athleta kellhom run oħra ta’ 16-2 biex daħlu jistrieħu 67-20 minn fuq.

Fit-tielet taqsima r-ritmu naqas sew ankè minn Athleta li ma żammewx l-istess pressjoni tal-ewwel żewġ taqsimiet. Tul is-sessjoni saru biss 19 –il punt fejn Athleta baqgħu 50 punt minn fuq 78-28. Fl-aħħar taqsima, Mellieħa kienu superjuri hekk kif Athleta kellhom diversi żgħażagħ fuq il-court flimkien ma’ Thomspon. Mellieħa bdew bi break ta’ 15-0 bi tlett three pointers minn Ian Terribile. Athleta waqqfuhom bi trippla minn Xuereb però Mellieħa għaqqdu run oħra ta’ 8-0. Dawn servew biex huma għamlu l-iskor aktar rispettabbli hekk kif Athleta ħarġu rebbieħa 90-54.

Mellieħa Tritones: C. Grixti 2, M. Farrugia 2, R. Loporto 15, J. Vibe 4, I. Terribile 18, J. Muscat 2, D. Miani 5, E. Lupo 4, B. Soler 2.

Gżira Athleta: R. Zammit 2, J. Wait, M. Giusti 2, M. Gauchi Montaldo 6, N. Xuereb 18, K. Thompson 36, C. Schembri 3, S. Vincic 14, M. Cilia 9, D. Buhagiar.

Referees: Stephen Micallef, Zvezdan Dobrosaviljevic.

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Athleta

10

10

0

20

730

483

Siġġiewi St. Nicholas

10

6

4

16

609

536

Marvels Power Plus

9

4

5

13

475

500

Mellieħa Mr. Green

9

3

6

12

474

523

Starlites

10

1

9

11

470

716





Leave a comment