Jirriżenja Coleiro… Tarxien: “Erġa’ aħsibha Noel”

Tuesday, September 20, 2011, 23:59

minn Sandro Micallef

Noel Coleiro

It-Tlieta filgħaxija offra r-riżenja tiegħu il-kowċ ta’ Tarxien Rainbows Noel Coleiro, mossa li ssorprendiet mhux biss lill-kumitat ta’ Tarxien iżda wkoll lill-pubbliku sportiv kollu.

Coleiro jidher li offra r-riżenja tiegħu wara li t-tim tiegħu naqas li jirreġistra rebħa mill-ewwel erba’ logħbiet tal-kampjonat fejn Tarxien irreġistraw biss punt fi draw ta’ 1-1 kontra Ħamrun.

Fit-tliet logħbiet l-oħra Tarxien tilfu kontra Valletta (4-2) kontra Floriana (2-1) u kontra Qormi il-Ħadd li għadda (4-1).

Minn informazzjoni li waslet lil dan is-sit jidher li kienet proprju it-telfa ta’ kontra Qormi fejn tefgħet lura lil Coleiro psikoloġikament u ħasibha dwar meta u kif se joffri r-riżenja tiegħu li filfatt offriha it-Tlieta.

Nies viċin il-kumitat ta’ Tarxien li kitbu fuq face book u bdew jibgħatu messaġġi bl-sms matul il-lejl bdew jitkellmu kif kienu sorpriżi b’din id-deċiżjoni tal-Kowċ Coleiro iktar u iktar minħabba li għadu ferm kmieni fl-istaġun sabiex wieħed jasal għall-konklużjonijiet jekk dan se jkunx staġun falliment jew le.

Ta’ min isemmi li qabel il-logħba kontra Qormi, Tarxien kienu fl-istess pożizzjoni bl-istess punti bħall-istaġun li għadda.

Coleiro ġie mitlub sabiex jerġa’ jikkunsidra d-deċiżjoni tiegħu mill-kumitat ta’ Tarxien. Hu se jkun qed jiltaqa’ formalment mal-plejers l-Erbgħa filgħaxija possibilment sabiex dawn ukoll jikkonvinċuħ biex jirrevedi d-deċiżjoni u jibqa’ jmexxi lil dan it-tim.





3 Comments

  1. Zewg Stilel says:

    Jien Nahseb li bhala coach jider li mux hazin imma smajt li jahseb wisq hazin fil-players meta tohrogilom loghba hazina.

    [Reply]

  2. Jerry says:

    Jien nahseb li ghandu jerga jahsiba dwar din id decizzjoni ghaliex huwa motivatur u kowc b success , il mumenti hziena jigu fuq kulhhadd , pero fl ahhar mil ahhar id decizzjoni tijaw u jekk ma jhossx li ghnadu jkompli ma tarxien nahseb li birkirkara jista jkun ghandhom bidla fil kowcing forsi ma tafx kif kowc serju bhal Moel jista ji]gib l- armonija li kien hemm qabel fil klan karkariz

    [Reply]

  3. Supporter Belti says:

    Hasra ghax kowc serju u tajjeb. Tkun telfa ghal futbol Malti. Nittama li jerga jahsibha.

    [Reply]

Leave a comment