Jirriżenja ċ-chairman tal-MRC Dr Matthew Brincat

Monday, August 1, 2011, 13:11

minn Cristian Muscat

Dr Matthew Brincat irriżenja minn President tal-Malta Racing Club b’mod immedjat. Dr Brincat ġie appuntat chairman tal-Malta Racing Club f’ Settembru tal-2008. Huwa kien ukoll membru tal-bord tal-ex kumitat tal-Malta Racing Club.

Fis-snin li dam fit-tmexxija tal-Malta Racing Club, Brincat għamel dak kollu li seta’  biex jippromwovi dan l-isport ferm popolari f’Malta u jġib lura s-snin glorjuzi tat-tiġrijiet taż-żwiemel f’Malta, liema sport huwa rrankjat bhala t-tieni l-iktar sport popolari u segwit f’pajjizna wara l-futbol.

Meta mistoqsi mill-gazzetta lokali ta’ kuljum l-Orizzont x’ kien il-motiv tar-riżenja tiegħu l-avukat Brincat wieġeb li huwa tefa’ r-riżenja tiegħu mit-tmexxia tal-Malta Racing Club minħabba raġunijiet personali.





Leave a comment