Jirritorna Kontrattakk debutt għal-tliet kowċis

Friday, October 17, 2014, 21:00

Jirritorna l-Premier u jirritorna Kontrattakk
Debutt għal-tliet kowċis
Il-Ħadd fid-9pm fuq TVM2

Wara l-waqfa għall-impenn doppju tat-team Nazzjonali Malti fi Grupp H ta’ kwalifikazzjoni għal-EURO 2016, jirritorna l-kampjonat BOV Premier u allura jirritorna l-program Kontrattakk fuq TVM2.

Sandro Micallef din il-ġimgħa flimkien mal-mistieden residenti Saviour Darmanin se jkunu qed janlizzaw id-debutt ta’ tliet kowċis fil-kampjonat dan l-istaġun Jesmond Zerafa ma’ Naxxar Lions, Stephen Azzopardi ma’ Sliema Wanderers u Ivan Zammit kowċ ġdid fl ħdan l-istaff tekniku ta’ Valletta FC li se jkun qiegħed jgħin lil Gilbert Agius.

Il-Program se jkun qed janalizza wkoll il-partitissima ta’ tmiem il-ġimgħa bejn Valetta u Birkirkara. U b’referenza għal dawn iż-żewġ Clubs it-team ta’ produzzjoni ta’ Kontrattakk ħejja servizz dwar il-problema ta’ nuqqasijiet ta’ faċilitajiet ta’ taħriġ li għandhom dawn iż-żewġ Clubs tal-futbol Maltin fejn dawn bħalissa qed jittrenjaw fil-Fgura u fl-Imġarr rispettivament.

Kontrattakk jixxandar dirett fuq TVM2 kull nhar ta’ Ħadd fid-9pm.





Leave a comment