Jirbħu l-Mare Blu Cup fost l-inkwiet tal-logħba tal-Inter

Friday, July 29, 2011, 13:35

minn Gerald Fenech u Sandro Micallef.

Valletta rebħu t-tieni unur ta’ l-istaġun għalkemm mhux uffiċjali meta il-bieraħ fil-Ground Ċentinarju għelbu lill- Hamrun Spartans 3-0 sabiex rebħu l-Mare Blu Cup għat-tieni sena konsekuttiva.

Goal ta’ Denni dos Santos tefa’ lill Valletta fil-vantaġġ wara biss 4 minuti u ftit wara Michael Mifsud għamilhom 2-0. It-tielet goal wasal permezz ta’ Ian Zammit fil-bidu tat-tieni taqsima.

Intant illum il-ġurmal The Times żvela li jeżistu problemi serji dwar kemm tista’ ssir il-logħba Valletta vs Inter. Skond il-ġurnal hemm xi problemi dwar l-ammont ta’ flus miftiehem fil-kuntratt.

Ħafna qed isostnu li Inter kienu talbu nofs miljun ewro biex jiġu Malta (EUR500,000) imma Victor Sciriha kien irenexxielu jinnegozja somma inqas li xorta hi għolja ħafna u li ż-żewġ partijiet għadhom qed jinnegozjaw fuqha.

In-negozjati mhux qed isiru direttament minn Valletta FC imma ma intermedjarju.





7 Comments

  1. Christian says:

    Fuq nota differenti … xi hadd jista’ jikkonferma d-data tas-super cup bejn valletta u floriana? 13 August?

    [Reply]

  2. paul says:

    A Valletta warior il Juventus laghbtu maghhom imma kun afa li dawk mhux intom gibtuwom!!!!!!!!

    [Reply]

  3. steve says:

    andkom zball mhux kwistjoni fuq flus imma coach ta inter gasperini ma iridx jigi hawn malta habba shana u sejrin swtizerland ghal temperatura iktar baxxa mandux x`jaqsam flus

    [Reply]

  4. vallettawarrior says:

    F’4 snin ahna laghbna ma Juventus, Ancona, Parma u Padova… jekk ghandkom il-hila, ilghabu intom ma dawn it-teams fi zmien daqshekk qasir…

    Jekk l-Inter m’humiex irgiel, sewwa jaghmel is-Sur Sciriha ma jpaxxiehomx!

    @ P Sant… tinkwetax, ghax sfortunatament ghalik, il-pompa ghada ghaddejja FULL BLAST!!

    [Reply]

  5. P Sant says:

    Kemm qeghdin sew tas-siti!!! Del Vecchio, FA Trophy, Inter, Champions League u bla bla bla…..!!! U imbaghad xi nghidu ghal dal player t’hawn fuq liebes arma bi stilla wahda?! Mela spiccat il-pompa u mandux biex jixtri flokk gdid?? LOL

    [Reply]

    Jonathan Cassar Reply:

    veru qeghdin sew ta … fl ahhar erbgha snin irbahna zewg kampjonati, trophy, anniversary cup, super cup, ghaddejna darbtejn round fl-ewropa … hekk hu veru qeghdin sew!!!!!! … 

    [Reply]

  6. ahdar li jwegga :) says:

    ma jiflahx iwaqakom iktar ghan nejk il mr smell :)

    [Reply]

Leave a comment