- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Jintlagħab il-Gatorade Elite Final 2016

Posted By Sportinmalta On June 3, 2016 @ 11:10 am In Featured,Football | No Comments

Gatorade Elite Final – Valletta vs Hamrun 10-4

Valleta rebħu u ġabu fix-xejn lil Hamrun Spartans bl-iskor ta’ 10-4, sabiex saru ir-rebbieħa tal-kampjonat tal-Futsal.  F’logħba li ntlagħbet bil-bibieb magħluqa, Valletta rebħu t-tielet u l-aħħar finali deċiżiva tal-Gatorade Elite Group. Hamrun kienu rebħu bl-iskor ta’ 13-12 wara l-għoti tal-penalties. Valletta min-naħa l-oħra kienu rebħu wkoll it-tieni finali bl-iskor ta’ 7-6.

Sa’ mill-bidu l-Beltin ħarġu mimlijin bil-grinta u wara biss tliet minuti marru fil-vantaġġ permezz ta’ Dylan Musu. Minuta biss wara kien Cuadros Silva li bix-xutt tiegħu reġa’ għeleb lill-gowlkiper Ħamruniż Brian Baldacchino.

Fil-11-il minuta Mohammed Elamari qabeż lil Baldacchino u minn pożizzjoni angulata għamilhom 3-0. F’inqas minn minuta, minn żball ta’ Baldacchino, rega kien Elamari li skurja għall-Beltin.
Kien minn hawn li Hamrun Spartans daħlu lil George Frendo bħala flying keeper. Iżda din il-mossa ma ħadmet tajjeb xejn għax Milijic minn nofs il-grawnd skurja f’lasta vojta.

Fis-sitt minuta, Milijic mess il-ballun b’idu fil-kaxxa u Rodrigo skurja minn penalti ghall-Ispartans. Reġgħu kienu l-Ħamruniżi li minn corner mogħti minn Frendo, Andy Mangion tefa’ l-ballun fix-xibka.

Qabel tmiem l-ewwel taqsima Musu u Milijic skurjaw meta raw il-lasta vojta.

Fit-tielet minuta tat-tieni taqsima, Frendo skurja t-tielet gowl Ħamruniż.

Waqt li Peter Pullicino kien qed jilghab bħala flying keeper, Dejan Bizjak sab l-opportunità biex għamilhom 9-3.

Immedjatament Rodrigo ħasad għal kollox lill-gowlkiper Gaetano Mallia u skurja r-raba gowl Ħamruniż.

Wara diversi ċansijiet mitlufin miż-żewġ naħat, tliet minuti mit-tmiem Cuadros Silva skurja l-għaxar u l-aħħar gowl Belti.

Wara tmiem il-logħba, bdew mill-ewwel iċ-ċelebrazzjonijiet Beltin, li laħqu l-qofol tagħhom meta l-president tal-FMA Mark Borg ippreżenta t-tazza lit-tim ta’ Valletta. Issa se jkunu l-istess Valletta li se jippreżentaw lil Malta fir-rawnd preliminari tal-Uefa Futsal Cup.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/jintlaghab-il-gatorade-elite-final-2016/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.