Jintemm ll-Kampjonat tal- Birkirkara St. Joseph Open Water Swimming

Friday, August 11, 2017, 10:00

Dylan Cachia u Sarah Demicoli jiddominaw l-istaġun

Il- Birkirkara St. Joseph Sports Club, pijunier tat-tlielaq tal-Open Water Swimming f’Malta dan l-aħħar temm b’suċċess il-kampjonat ta’ din is-sena fejn il-fuq minn mitejn u tletin atleta ħadu sehem fis-sitt tlielaq, li kkonsistew f’ħames tlielaq ta’ żewg kilometri u oħra ta’erbgħa kilometri miżmuma ġewwa ‘Salina. Din is-sena il-Klabb irreġistra tkabbir sostanzjali fin-numru ta’parteċipanti, li ġab flimkien uċuħ familjari kif ukoll ġodda.

Filwaqt li numru ta’għawwiema taw prestazzjonijiet notevoli, kienu iż-żgħażagħ Dylan Cachia u Sarah Demicoli, li għal darb’oħra ddominaw l-istaġun.

Fil-Kategorija tal-Irġiel Dylan Cachia kompla fuq ir-ritmu tas-sena li għaddiet. Mhux biss Cachia rnexxielhu żżomm l-ewwel post, f’kul tellieqa,  iżda rreġistra wkoll b’mod konsistenti ħinijiet mtejba mis-snin ta’ qabel. It-tieni post kien Andrew Sultana, li għalkemm għadu wkoll żagħżugħ, hu kiseb esperjenza sostanzjali fl-isport. It-tielet post ra lil Andre Camilleri jikkompeti għall-ewwel darba fuq dawn id-distanzi, dan wara li s-sena l-oħra, għar-raġunijiet ta’ eta hu seta jikkompeti biss fit-tlielaq ta’kilometru. Camilleri qed isir wieħed mill-għawwiema lokali li b’wirjiet tajbin u li jidher li għandu futur tajjeb fl-isport.

Sarah Demicoli kompliet testendi r-renju tagħha fil-kategorija tan-nisa. Demicoli konsistentement kienet wieħda mill-aqwa ħames għawwiema fil-kategorija ġenerali u reċentement ġiet magħżula biex tgħamel parti mit-Tim Nazzjonali tal-Open Water Swimming. Fit-tieni post, Maya Schembri Rodgers baqgħet titjieb b’mod kostanti filwaqt li Amanda Rapa kienet is-sorpriża tal-istaġun, meta hi għamlet id-debutt tagħha din is-sena.

“Il-Club kien strumentali fl-iżvilupp ta’ dan l-isport u x-xogħol tiegħu jista’ jidher mhux biss mit-tkabbir tal-parteċipazzjoni imma wkoll fit-twaqqif riċenti ta ‘Tim Nazzjonali ta’ Open Water Swimming li jista ‘jitqies bħala r-rikonoxximent li dan l-isport kiseb mill-Aquatic Sport Association ta’ Malta” tenn jgħid Euchar Camilleri, Segretarju Ġenerali, Birkirkara St. Joseph Sports Club. Camilleri rringrazzja lill-amministrazzjoni ċentrali tal-ASA għall-appoġġ kontinwu tagħhom. Bħalissa l-Assoċjazzjoni,  kif ukoll il-Club qegħdin jiddiskutu l-possibbiltà ta’ avveniment internazzjonali f’Malta matul is-sajf tal-2018.

L-impenn li jmiss tal-Klabb huwa l-Kampjonat tal-għawm  il-Malta-Gozo-Malta u il-Gozo-Malta Open Water Swimming skedati li jsiru nhar is-Sibt 26 ta ‘Awwissu. L-applikazzjonijiet għar-Reġistrazzjoni, flimkien ma’ ċertifikat mediku għandhom jiġu sottomessi lill-Klabb mhux aktar tard mis-Sibt 12 ta’ Awwissu. Laqgħa għall-għawwiema se ssir nhar it-Tlieta 22 ta ‘Awwissu fis-7: 00 p.m. fil-Kunsill Lokali tal-Mosta.

Riżultati – Birkirkara St. Joseph Open Water Swimming Series:

Irġiel

1st Place – Cachia Dylan

2nd Place – Andrew Sultana

3rd Place – Andre Camilleri

Nisa

1st Place – Sarah Demicoli

2nd Place – Maya Schembri Rodgers

3rd Place – Amanda Rapa





Leave a comment