Jintemm l-ewwel round

Sunday, February 13, 2011, 13:59

minn Colin Schembri

KAMPJONAT TIENI DIVIZJONI IRĠIEL

Vida Siġġiewi 71

Mtarfa Miscela D’oro 49

(8-11)(18-12)(20-13)(25-13)

Floriana vs Mellieħa

Floriana vs Mellieħa

Friski mir-rebħ tas-shield, Vida Siġġiewi kisbu t-tielet rebħa fuq Mtarfa Miscela D’oro bl-iskor ta’ 71-49. Il-partita ħadet svolta differenti wara l-mistrieħ u Siġġiewi kienu mingħajr Peter Vulovic b’Joe Vassallo u Malcolm Sammut ikunu nieqsa għal Depiro. Wara li Siġġiewi fetħu b’basket ta’ Glenn Gauchi Grech, Depiro marru minn fuq wara l-ewwel trippla ta’ Keith Mifsud. Siġġiewi sabu diffikulta biex jagħmlu l-punti u Depiro żammew il-vantaġġ sa tmiem is-sessjoni 11-8. Depiro kabbru l-vantaġġ fil-ftuħ tat-tieni sessjoni bil-punti ta’ Graham Coleiro pero Siġġiewi wieġbu b’run ta’ 13-1 bil-punti ta’ Lee Grech u marru 21-15 minn fuq. Depiro ġew lura u iktar punti minn Mifsud rahom jippareġjaw 23-23 b’minuta mit-tmiem. Fl-aħħar minuta reġa’ kien Grech li ta vantaġġ lic-champions 26-23.

Fit-tielet perjodu Depiro naqqsu d-distakk pero’ run ta’ 8-2 minn Siġġiewi nkluża trippla ta’ Noel Falzon tathom vantaġġ ta’ 6 punti 36-30. Depiro resqu viċin b’iktar trippli ta’ David Agius u Mifsud pero’ fl-aħħar minuta Siġġiewi permezz ta’ Clayton Agius u Alistair Duncan għamlu seba’ punti u marru 10 minn fuq 46-36. Fl-aħħar sessjoni Siġġiewi fetħu b’run oħra ta’ 11-0 fl-ewwel żewġ minuti b’żewġ trippli ta’ Agius biex marru 57-36 minn fuq. Depiro wieġbu bil-punti ta’ Coleiro pero’ kienu wisq il-bogħod biex jinkwetaw lil Siġġiewi li ħarġu rebbieħa 71-49.

Vida Siġġiewi: D. Debattista, JP. Antonic 9, C. Agius 16, A. Duncan 9, L. Grech 16, A. Borg 6, N. Falzon 9, A. Debattista 2, E. Vella, K. Farrugia 2, G. Agius, G. Gauchi Grech 4.

Mtarfa Miscela D’oro: S. Baldacchino 2, J. Attard, R. Galea, D. Cilia, D. Angelov 2, K. Mifsud 18, K Xuereb, G. Coleiro 16, D. Agius 9.

Referees: Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani

Athleta 47

Starlites Ker Grill 43

(10-14)(16-11)(8-6)(14-12)

Athleta kisbu l-ewwel rebħa fuq Starlites wara żewġ telfiet 47-43. Għal Starlites kien nieqes Saviour Bonnici fil-waqt li rritorna Robert Loporto. Athleta kienu mingħajr Lowell Fenech u Tim Wommack u Mark Spiteri ma ġiex utilizzat. Il-partita fetħet biż-żewġ timijiet attenti għal xulxin pero Starlites marru 12-5 minn fuq wara run ta’ 10-1 bi trippli minn Bernardo Riolo u Abraham Portelli. Roberto Formosa u Ivan Buldakov wieġbu għal Athleta pero’ Starlites baqgħu minn 14-10 minn fuq fi tmiem is-sessjoni. Athleta ppareġjaw fit-tieni sessjoni wara trippla ta’ Buldakov u iktar punti mill-istess player poġġewhom 18-14 minn fuq. Starlites wieġbu bi tlett trippli u reġgħu marru 25-24 minn fuq pero’ Athleta reġgħu dawwru l-iskor biex daħlu jistrieħu 26-25 minn fuq.

It-tielet sessjoni kienet nieqsa mil-punti bl-Athleta jkabbru l-vantaġġ għal 4 punti 29-25 pero’ Steve Gouder wieġeb għal Starlites biex naqqsilhom id-distakk. Athleta għalqu l-perjodu bi break qasir ta’ 5-0 pero’ Ivan Riolo għamel l-aħħar basket ta’ Starlites fi tmiem is-sessjoni. Fl-aħħar perjodu il-partita baqgħet missielta u fl-ewwel ħames minuti saru biss żewġ baskets minn Athelta. Starlites reġgħu resqu sa tlett punti viċin wara baskets ta’ Riolo u Gouder. Punti ta’ Michael Giusti ħallew lil Athleta fuq quddiem sat-tmiem biex ħarġu rebbieħa 47-43.

Athleta: K. Cucciardi 2, A. Baldacchino, S. Aquilina 10, M. Giusti 11, J. Muscat 2, J. Chirchop 3, M. Spiteri, R. Formosa 6, I. Buldakov 13.

Starlites Ker Grill: B. Riolo 3, I. Riolo 7, R. Bonnici 9, D. Sultana, A. Portelli 8, F. Bartolo, R. Loporto, C. Doublet, A. Cutajar, T. Degorgio 2, S. Gouder 14.

Referees: Clive Terribile, Alfred Carbonaro.

Floriana Eurobasket Peugeot 81

Mellieha Tritones 58

(17-20)(27-10)(16-16)(21-12)

Floriana Eurobasket Peugeot irritornaw fl-ewwel post tal-klassifika flimkien ma’ Vida Siġġiewi u nsew id-diżappunt tas-shield meta għelbu lil Mellieħa 81-58. Floriana kienu mingħajr Ian Mercieca u Mark Ciantar pero’ rritorna Joseph Tanti. Il-partita bdiet b’ritmu tajjeb u punteġġ għoli tant li fis-seba’ minuta Floriana kienu 11-9 minn fuq wara trippla ta’ Rihards Polis. Mellieħa ġew lura b’diversi punti ta’ Sassoun Saakian u saħansitra qalbu r-riżultat fi tmiem is-sessjoni 20-19. Fit-tieni sessjoni Mellieħa kabbru l-vantaġġ għal 5punti 24-19. Pero’ hawn Floriana għamlu run qawwija ta’ 19-2 bl-aħwa Chris u Steve Sammut jispikkaw b’tal-aħħar jagħmel ukoll żewġ trippli konsekuttivi. Floriana issa kienu 38-26 minn fuq u sal-halftime kabbru d-distakk għal 14-il punt 44-30.

Fit-tielet perjodu trippla ta’ Matthew Cauchi ressqet lil Mellieħa viċin pero’ Floriana malajr wieġbu bil-punti ta’ Chris Sammut u marru 55-38 minn fuq. Basket ta’ Jason Sant għal Mellieħa għalaq il-perjodu b’Mellieħa 46-60 minn taħt. L-aħħar sessjoni fetħet bi trippli ta’ Adrian Pace u Polis għal Floriana li tawhom vantaġġ t’20 punt 68-48. Minkejja l-isforzi ta’ Saakian għal Mellieħa, Floriana baqgħu fil-kontroll tal-partita u għalqu l-partita b’basket taż-żagħżugħ Omar Shamala u rebħu l-partita 81-58.

Floriana Eurobasket Peugeot: S. Galea, C. Sammut 17, A. Pace 6, J. Tanti 2, B. Aquilina 15, R. Polis 11, O. Shamala 2, S. Sammut 28, D. Deguara, N. Mercieca.

Mellieha Tritones: K. Genovese 2, M. Cauchi 7, E. Farrugia  6, S. Saakian 29, E. Sant, R. Abela, O. Sammut 6, J. Aquilina 5, M. Camilleri, J. Sant 2, H. Fenech.

Referees: Jean Paul Sammut, Clive Terribile

Klassifika Kampjonat Tieni Diviżjoni
Team Logħob Rebħ Telf Punti
Floriana Eurobasket Peugeot 6 5 1 11
Vida Siggiewi 6 5 1 11
Athleta 6 4 2 10
Starlites Ker Grill 6 3 3 9
Mellieha Tritones 6 3 3 9
Bell Net SN Suns 6 1 5 7
Mtarfa Miscela D’oro 6 0 6 6




Leave a comment