Jintemm l-ewwel round tal-kampjonat

Sunday, November 21, 2010, 23:31

BASKETBALL KAMPJONAT NISA

minn Colin Schembri.

Hibs Medsea 79
Guzelpinar Imtarfa 31
(21-4)(24-4)(13-6)(21-17)

Iċ-champions Hibs Medsea rritornaw għar-rebħ meta ltaqgħu mat-team ta’ qiegħ il-klassifika Guzelpinar Imtarfa. Hibs kellhom lil Kirsten Micallef nieqsa li inagħqdet fiż-żwieġ mall-player ta Athleta Kristin Baldacchino u f’isem sportinmalta.com natuwhom l-awgurju tagħna. Hibs għamlu l-ewwel 11-il punt tall-partita biex f’nofs is-sessjoni kienu11-0 minn fuq. Wara li basket ta’ Carla Marie Vella għall-Imtarfa waqqfitilhom din ir-run, Hibs wieġbu b’run oħra ta’ 10-2 bill-captain Lucienne Bezzina tispikka u temmew l-ewwel sessjoni 21-4 minn fuq. Trippla ta’ Francesca Tabone fetħet it-tieni perjodu u sar-raba’ minuta kellna baskets fuq kull naħa. Pero’ minn hemm il-quddiem kienu Hibs li ddominaw u għalqu s-sessjoni b’run ta’ 17-0 u fill-halftime kienu 45-8 minn fuq.

Fit-tielet perjodu r-ritmu naqqas xi ftit bill-Hibs ikabbru l-vantaġġ għal 45 punt 55-10. Sat-tmiem is-sessjoni saru biss 7 punti, 3 minn Hibs u 4 minn Imtarfa għal skor ta’ 58-14. L-aħħar sessjoni kienet l-iktar waħda bilanċjata bill-Hibs ċerti mir-riżultat u bl-Imtarfa jsibu ċans għal run qasira ta’ 9-2. Hibs wieġbu bi break ta’ 15-2 biex rebħu l-partita 79-31.

Hibs Medsea: E. Micallef 3, E. Cassar 10, L. Bezzina 18, F. Tabone 11, C. Schiavone 14, D. Micallef 11, A. Darmanin 6, N. Arrigo, J. Cardona 6.

Guzelpinar Imtarfa: M. Abela, D. Falzon 2, R. Sammut, C. Gauchi Meilak 9, M. Mifsud 1, M. Agius 1, G. Santillo 4, C.M. Vella 6, M. Scicluna 2, G. Mifsud 6.

Referees: Alfred Carbonaro, Robert Darmanin

Alyssa Ashley Loyola 49

Luxol 56

 (5-16(10-19)(6-10)(14-11)

Luxol kisbu s-sitt rebħa tall-kampjonat biex reġgħu laħqu lill-Hibs fill-klassifika. Għall-Alyssa Ashley Loyola din it-telfa ġiet wara tlett rebħiet konsekuttivi. Bħall-partita ta’ qabilha, il-logħba naqqset mir-ritmu wara l-mistrieħ wara li Luxol fetħu vantaġġ qawwi. Wara l-ewwel sitt minuti Luxol kienu 8-1 minn fuq. Kathleen Gouder wieġbet għall-Loyola bill-Luxol jagħlqu l-perjodu b’run ta’ 8-2 bill-punti tall-aħwa Tina u Steffi De Martino. Wara li fl-ewwel minuti tat-tieni sessjoni kien hemm bilanċ, mir-raba’ sat-tmien minuta Luxol għamlu run ta’ 11-2 inkluża trippla ta’ Tina De Martino u marru 29-11 minn fuq. Fl-aħħar minuta Luxol għamlu sitt punti u daħlu jistrieħu 20 minn fuq 35-15.

Fit-tielet sessjoni kien hemm żewġ baskets fuq kull naħa fl-ewwel tlett minuti u d-distakk baqa’ l-istess 19-39. Il-punti mbagħad waqfu sakemm fit-tmien minuta Luxol bdew run ta’ 6-0 u temmew it-tielet sessjoni 45-10 minn fuq. L-aħħar sessjoni fetħet bill-freethrows ta’ Jessica Carbonell għall-Luxol qabel ma Loyola għamlu break qasir ta’ 5-2. Fl-aħħar parti tall-logħba ż-żewġ timijiet irrispondew lil xulxin biex finalment Luxol ħarġu rebbieħa 56-35.

Alyssa Ashley Loyola: J. Doughty 1, F. Schembri 2, E. Falzon 4, M. Gatt 2, D. Hollier Said 2, R. Spiteri 4, A. Bonanno 4, K. Borg, A. Sciberras 11, F. Camilleri, S.J. Barbara 3, K. Gouder 2.

Luxol: E. Moore 4, M. Sciortino 5, L. Serge 6, B. Naudi 2, J. Carbonell 11, S. De Martino 6, T. De Martino 9, P. Ellul 4, D. Muscat, L. Chetchuti, E. Grech 3, B. Zammit 6

Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani

St. Andrews 50
Starlites Sports Experience 41
(12-13)(7-5)(14-8)(17-15)

Dan kien il-konfront bejn iż-żewġ timijiet li kellhom rebħa waħda fill-kampjonat. Kienu St. Andrews li finalment ħarġu rebbieħa biex kisbu t-tieni rebħa u ħallew lil Starlites waħedhom fis-seba’ post. Il-bidu tall-partita kien f’idejn Starlites li grazzi għall-punti konsekuttivi ta’ Samantha Tabone u trippla ta’ Ariana Grixti marru 13-4 minn fuq. St. Andrews għamlu reazzjoni bill-baskets ta’ Nadia Cassar u trippla ta’ Josette Calleja u sa tmiem is-sessjoni Starlites kellhom punt vantaġġ 13-12. St. Andrews marru minn fuq fit-tieni sessjoni mill-ġdid bill-punti ta’ Cassar u Calleja 17-14. Sas-seba’ minuta St. Andrews kienu għadhom punt minn fuq 19-18 u sat-tmiem il-perjodu ma sarux punti oħrajn u fill-half time l-iskor baqa’ l-istess.

Wara l-mistrieħ Starlites reġgħu marru fuq quddiem bill-baskets ta’ Christine Spiteri u sa nofs is-sessjoni kienu punt minn fuq 24-23. Cassar kompliet tagħmel il-punti għal St. Andrews flimkien ma Justine Mangion f’run ta’ 10-0 u fit-tmiem is-sessjoni St. Andrews fetħu vantaġġ ta’ 7 punti 33-26. Basket ta’ Tabone ġie mwieġeb minn trippla ta’ Moira Caruana u wara kien hemm break ta’ 6-0 minn Starlites u d-distakk niżel għall-basket 36-34. Baskets ta’ Calleja raw lis-Saints jerġgħu ikabbru l-vantaġġ u minkejja t-tieni trippla ta’ Charlotte Riolo baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem u ħarġu rebbieħa 50-41.

St. Andrews: M. Caruana 6, N. Cassar 9, J. Calleja 11, N. Scicluna, I. Galea, E. Cachia 11, J. Mangion 8, R. Zammit Mamo, R. Magro, M. De Martino 5.

Starlites Sports Experience: A. Farrugia, C. Riolo 6, A. Grixti 7, S. Tabone 12, L. Pisani 1, C. Spiteri 4, L. Pirotta 3, N. Attard 2, C. Scicluna, C. Scicluna.

Referees: Jennifer Mangani, Luke Camilleri.

McDonalds Depiro 62

Athleta 32
(17-7)(22-9)(15-12)(8-4)

Il-partita li għalqet l-ewwel round rat lil Depiro jiksbu s-sitt rebħa konsekuttiva din id-darba kontra Athleta 62-32. Il-kampjonat issa jagħmel il-wisa’ għad-Detur Shield li tibda mill-ġimgħa d-dieħla u l-ewwel round intemm bit-teamijiet ta Hibs, Luxol u Depiro fl-ewwel post kollha bi 13-il punt. Depiro mall-ewwel fetħu fuq l-attakk b’ħames punti ta’ Francesca Biancho b’Leanne Sciberras twieġeb bi trippla għall-Athleta. Depiro żiedu l-vantaġġ b’iktar three pointers minn Kaila Agius u Antoinette Borg u fi tmiem il-perjodu kienu 10 minn fuq 17-7. Fill-ftuħ tat-tieni sessjoni, Depiro komplew iżidu l-vantaġġ b’iktar punti minn Agius u żewġ trippli ta’ Sarah Pace. L-istess player kompliet iżżid id-distakk 29-10 fis-sitt minuta bill-coach tall-Athleta Charles Bonnici jagħjjat time-out. Fl-aħħar żewġ minuti Depiro għamlu run ta’ 10-2 biex daħlu jistrieħu 23 punt minn fuq 39-16.

It-tielet perjodu kien aktar bilanċjat u trippla ta’ Agius rat lil Depiro jmorru 46-20 minn fuq. Minn hawn il-quddiem kien hemm bilanċ biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin bid-Depiro jtemmu s-sessjoni 54-28 minn fuq. Ir-raba’ sessjoni kienet nieqsa ferm mill-punti tant fejn f’nofsha saru 4 fuq kull naħa. L-aħħar żewġ baskets ġew minn Depiro erba’ minuti wara u ħarġu rebbieħa 62-32.

McDonalds Depiro: S. Pace 15, G. Zarb 7, J. Xuereb, A. Mifsud, M. Bonett 4, F. Biancho 7, J. Busuttil Gaerty, A. Borg 10, C. Sammut 1, E. Vella, S. Micallef, K. Agius 18

Athleta: G. Muscat, R. Sciberras, D, Jaeger, L. Calleja 3, L. Sciberras 19, M. Azzopardi Duca , R. Spiteri 2, N. Barry, C. Galea, F. Farrugia 5, K. Busuttil 1, C. Mifsud 2

Referees: Jennifer Mangani, Clive Terribile

Klassifika Kampjonat Nisa
Team Logħob Rebħ Telf Punti
Hibs Medsea 7 6 1 13
Luxol 7 6 1 13
McDonalds Depiro 7 6 1 13
Alyssa Ashley Loyola 7 4 3 11
Athleta 7 4 3 11
St. Andrews 7 2 5 9
Starlites Sports Experience 7 1 6 8
GuzelPinar Mtarfa 7 0 7 7




Leave a comment